BOV water polo plejers tax-xahar – Lulju 2017

Tuesday, August 8, 2017, 12:55

Stevie Camilleri (Neptunes WPSC) jirbaħ l-unur tal-BOV Premier Division

L-unur tal-BOV First Division jintrebaħ minn Edward Meli (Otters ASC)

Il-plejer ta’ Neptunes WPSC Stevie Camilleri huwa l-BOV Water Polo Premier Division Plejer tax-Xahar għal Lulju 2017 u Edward Meli (Otters ASC) rebaħ l-unur fil-BOV First Division.

Camilleri kompla jsaħħaħ lilu nnifsu bħala wieħed mill-aqwa plejers ta’ kull żmien fil-Water Polo Malti, hekk kif żied id-disa’ trofew tiegħu tal-BOV Plejer tax-Xahar bil-prestazzjonijiet li kellu matul Lulju 2017. B’10 gowls u bil-perfezzjonament tas-soltu tiegħu fl-ilma, il-prestazzjonijiet ta’ Stevie qed jgħinu lil Neptunes iżommu t-tieni post tagħhom wara r-rebbieħa l-ġodda tal-Kampjonat San Ġiljan.

Għat-tieni xahar konsekuttiv, kien plejer tal-Otters li rebaħ l-unur tax-xahar tal-BOV First Division, hekk kif dan ix-xahar ir-rebbieħ kien Edward Meli. Bi 12-il gowl, inkluż sitta fiż-żewġ rebħiet ta’ Otters fuq Marsaskala, Meli huwa ta’ vantaġġ kbir għat-tim tal-Otters.

Peter Perotti, Uffiċjal Kap tal-Bank of Valletta ppreżenta lir-rebbieħa bi plakka kommemorattiva fil-preżenza tas-Sur Joe Caruana Curran, il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Isport Akwatiku ta’ Malta.

Il-Bank of Valletta huwa sostenitur ewlieni tal-inizjattivi sportivi f’Malta permezz tal-programm komunitarju estensiv tiegħu u kien is-sieħeb prinċipali tal-ASA għal dawn l-aħħar 13-il sena.





Leave a comment