BOV Water Polo Plejers tax-Xahar – Awwissu 2017

Friday, September 8, 2017, 12:55

Stevie Camilleri rebaħ l-unur tal-BOV Water Polo Premier Division Plejer tax-Xahar għax-xahar ta’ Awwissu 2017. Camilleri, li reċentement kien fl-aħbarijiet meta ffirma mat-tim ta’ A.S. Roma għall-istaġun li jmiss, skorja mhux anqas minn 18-il gowl fl-erba’ logħbiet ta’ Neptunes matul ix-xahar ta’ Awwissu, inkluż seba’ gowls kontra Valletta.

Dan huwa l-11-il unur għal Stevie tal-Plejer tax-Xahar sa minn meta beda jingħata dan l-unur fl-2011, u dan huwa xhieda tal-livell għoli konsistenti tal-logħob tiegħu. Minkejja l-ammont kbir ta’ talent internazzjonali fil-kampjonat tal-BOV Water Polo, Stevie kien fit-tieni post wara Leca Ivovic, li probabbilment huwa l-aħjar plejer fid-dinja, fil-lista tal-aqwa skorers.

Iż-żagħżugħ Mattias Ortoleva rebaħ l-unur tal-Kampjonat tal-BOV First Division. Il-prodott ta’ San Ġiljan, li bħalissa qed jilgħab ma’ Ta’ Xbiex ipprovda ħafna mill-enerġija ta’ Ta’ Xbiex, meta skorja 9 gowls fi 3 logħbiet matul ix-xahar ta’ Awwissu.

Peter Perotti, Uffiċjal Kap tal-Bank of Valletta ppreżenta lir-rebbieħa bi plakka kommemorattiva. Il-Bank of Valletta huwa sostenitur ewlieni tal-inizjattivi sportivi f’Malta u huwa sieħeb prinċipali tal-Assoċjazzjoni tal-Isport Akwatiku ta’ Malta.





Leave a comment