BOV Super Cup Valletta FC-Hibernians FC fl-Istadium Nazzjonali

Tuesday, July 24, 2012, 23:10

Il-Malta Football Association tavża li l-BOV Super Cup bejn Valletta FC u Hibernians FC, se tintlagħab il-Ġimgħa 3 ta’ Awwissu 2012 fit-8.00pm, fl-Istadium Nazzjonali, f’Ta’ Qali.

Bi ftehim bejn il-Pulizija ta’ Malta, l-MFA u l-klabbs rispettivi ta’ din il-partita, ittellgħet polza biex tistabbilixxi liema naħa tal-istadium se jpoġġu l-partitarji rispettivi. L-allokazzjoni tas-seating tal-partita hu dan li ġej:

 

Valletta FC     –          West A & West C

Hibernians FC –          Millenium E & Millenium F

 

L-MFA tavża li l-bejgħ tal-biljetti miż-żewġ klabbs rispettivi se jibda mis-Sibt 28 ta’ Lulju 2012 sal-Erbgħa 1 ta’ Awwissu 2012.

It-‘ticket booths’ tal-istadium nazzjonali għal din il-partita se jiftħu fis-6.15pm u l-istadium se jiftaħ għall-partitarji fis-6.30pm.

Id-dħul tal-vetturi għall-partitarji ta’ Valletta FC għandu jsir min-naħat tal-Mosta u għandu jintuża il-parkeġġ tal-West Stand biss.

Id-dħul tal-vetturi għall-partitarji ta’ Hibernians FC għandu jsir min-naħat ta’ Ħaż-Żebbuġ u r-Rabat u għandu jintuża l-parkeġġ tal-Millenium Side.

 

Il-cards elettroniċi, ‘Blue Cards’ u ‘Blue & White Cards’ ta’ Valletta FC u Hibernians FC’ tal-istaġun 2011/12 huma validi għal din il-partita. Il-‘Press Cards’ u ‘Pitch Cards’ tal-istaġun 2011/12 huma validi wkoll. L-ebda ‘Card’ elettronika oħra mhi valida għal din il-partita.

 

L-MFA tavża li l-prezzijiet tad-dħul għal din il-partita hu dan li ġej:

Adulti              –          6euro

Karta Anzjan   –          4euro

Tfal                  –          1euro





2 Comments

  1. turu abela says:

    mhux ahjar hekk milli nerghu niggieldu !!!

    [Reply]

  2. city says:

    Ghazla tajba li jinqasmu is sides

    [Reply]

Leave a comment