- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

BOV Super Cup Final – Valletta FC vs Birkirkara FC

Posted By Sportinmalta On August 1, 2014 @ 8:36 pm In Featured,Football | No Comments

Il-Malta Football Association tavża li l-finali tal-BOV Super Cup bejn Valletta FC u Birkirkara FC tintlagħab il-Ġimgħa 8 ta’ Awwissu 2014, fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali, u tibda fis-7.30pm.

L-Istadium se jiftaħ fis-6.00pm u l-allokazzjoni tal-partitarji se tkun imqassma hekk:

West A – Birkirkara FC

West C – Valletta FC

Millennium D – Partitarji newtrali

Id-dħul fl-Istadium Nazzjonali jsir bil-cards elettroniċi tal-istaġun 2014/15.

Il-prezzijiet tad-dħul se jkun ta:

Adulti – €7

Karta Anzjan – €4

Tfal taħt it-12-il sena – €1

Il-biljetti tad-dħul jinxtraw biss qabel il-partita mit-ticket booths li jinfetħu fis-6.00pm


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/bov-super-cup-final-valletta-fc-vs-birkirkara-fc/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.