- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

BOV Plejer tax-Xahar – Diċembru 2015

Posted By Sportinmalta On January 28, 2016 @ 7:58 pm In Featured,Football | No Comments

Note:This article has been posted in both English and Maltese
Nota:Dan l-artiklu ġie miktub bl-Ingliż u bil-Malti

Gavin Muscat

Il-plejer ta’ Birkirkara, Ryan Camenzuli, seraq ix-xena matul l-ewwel partita ta’ Birkirkara f’Diċembru kontra Tarxien Rainbows. Il-prestazzjoni mill-aqwa ta’ Camenzuli fuq il-linja tax-xellug wasslet biex huwa skorja l-gowl deċiżiv u ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Partita.

Wara t-telfa tagħhom kontra Valletta, Birkirkara reġgħu lura għar-rebħ b’żewġ rebħiet kontra Pembroke FC u Mosta, biż-żewġ partiti jintemmu bl-iskor ta’ 3-0. Camenzuli skorja l-gowl tal-ftuħ għal Birkirkara fil-partita kontra Pembroke. Ryan kompla bil-prestazzjoni tajba tiegħu matul ix-xahar b’wirja oħra mill-aqwa kontra Mosta, meta fil-91 minuta, huwa ħoloq azzjoni personali meraviljuża li wasslitu biex b’xutt baxx b’saħħtu jegħleb lill-gowler Yenz Cini u jiġi vvutat il-plejer tal-partita għat-tieni darba matul ix-xahar ta’ Diċembru.

Bernard Azzopardi, il-Maniġer tal-Fergħa ta’ Birkirkara tal-Bank of Valletta ppreżenta t-trofew tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Diċembru 2015 lil Camenzuli li għażel id-Dar tal-Providenza biex jibbenefikaw mid-donazzjoni assoċjata ma’ dan il-premju.

—————————————————————————————————————————————————————————————————————–

English

BOV Player of the Month – December 2015

Ryan Camenzuli (Birkirkara FC)

Birkirkara’s Ryan Camenzuli stole the limelight during Birkirkara’s first match in December against Tarxien Rainbows. Camenzuli’s outstanding performance on the left wing saw him scoring the decisive goal and being voted the BOV Player of the Match.

Birkirkara rebounded from their loss to Valletta with two wins over Pembroke FC and Mosta, both with a 3-0 scoreline. Camenzuli provided Birkirkara’s opener against Pembroke. Ryan capped his month with another outstanding performance against Mosta, where in the 91st minute, he produced a wonderful solo-action before rifling a low shot past goalkeeper Yenz Cini and being voted player of the match for the second time during the month.

Bernard Azzopardi, Manager of Bank of Valletta’s Birkirkara Branch presented the BOV Player of the Month trophy for December 2015 to Camenzuli who chose id-Dar tal-Providenza to benefit from the donation associated with this award.

Ryan Camenzuli


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/bov-plejer-tax-xahar-dicembru-2015/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.