BOV Plejer tax-Xahar Abdelkarim Nafti ta’ Valletta bl-aqwa prestazzjonijiet fi Frar

Monday, April 13, 2015, 15:17

Il-Plejer ta’ Valletta FC Abdelkarim Nafti huwa l-BOV Plejer tax-Xahar għal Frar 2015

 

Il-midfielder Tuneżin rebaħ dan l-unur bil-prestazzjonijiet tajbin tiegħu mal-Belt li permezz tagħhom baqghu isusu wara Birkirkara li jinsabu fit-tieni post.

 

Abdelkarim ipproduċa mument maġiku fir-rebħa ta’ 2-1 tal-Belt fuq il-Pieta’. Wara li skorja l-ewwel gowl ta’ Valletta u Pieta’ kisbu d-draw, żamm il-kalma biex qabbeż il-ballun minn fuq il-gowlkiper ta’ Pieta’ sabiex kisbu t-tlett punti importantissimi. Żewġ gowls oħra kontra Tarxien u l-fatt li ġie vvutat il-BOV Plejer tal-Logħba kontra Tarxien, Pieta u Mosta ġabu dan l-unur lil Nafti li skorja 10 gowls fil-BOV Premier League dan l-istaġun.

 

Charles Grech Soler, Maniġer tal-fergħa tal-Bank of Valletta fi Triq ir-Repubblika, l-Belt ppreżenta t-trofew tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Frar lil Abdelkarim Nafti. Il-plejer għażel lil Puttinu Cares biex jibbenefikaw mid-donazzjoni assoċjata ma’ dan l-unur.





Leave a comment