- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

BOV Plejer Femminili tax-Xahar – Novembru 2015

Posted By Sportinmalta On January 9, 2016 @ 5:49 pm In Featured,Football,Women's Football | No Comments

Note:This article has been posted in both English and Maltese
Nota:Dan l-artiklu ġie miktub bl-Ingliż u bil-Malti

Gavin Muscat

Gabriella Zahra (Birkirkara FC) bl-unur għal tliet xhur wara xulxin

Gabriella Zahra ta’ Birkirkara FC kompliet bil-forma tajba tagħha matul ix-xahar ta’ Novembru u għal darb’oħra ġiet ivvutata bħala l-BOV Plejer tax-Xahar wara li rebħet il-premju f’Settembru u Ottubru.

Il-plejer ta’ nofs il-grawnd li taħdem bla heda għat-tim, dejjem waħda mill-iżjed plejers attivi fil-grawnd, uriet sforz kbir u viżjoni li għenu lil Birkirkara jirreġistraw rebħiet kontra Pembroke, Mġarr u Kirkop biex żammew il-pressjoni fuq il-Hibernians li jinsabu fil-quċċata tal-klassifika.

Il-gowl tagħha kontra Mġarr wera l-qagħda tajba tagħha fil-grawnd, hekk kif Raina Giusti setgħet faċilment tqassmilha u min-naħa tagħha Gabriella Zahra ma tat l-ebda ċans lill-gowler Rachelle Borg. Hija integrat tajjeb ukoll mal-moviment mexxej tal-plejer il-ġdida ta’ Birkirkara, Catherine Campbell, permezz tat-tqassim f’waqtu tagħha.

Is-Sur Bernard Azzopardi, il-Manager tal-Fergħa ta’ Birkirkara tal-Bank of Valletta ppreżenta t-trofew tal-BOV Plejer Femminili tax-Xahar lil Gabriella, it-tielet wieħed għaliha f’dan l-istaġun.

—————————————————————————————————————————————————————————————————————–

English

BOV Female Player of the Month – November 2015

Gabriella Zahra (Birkirkara FC) makes it three in a row

Birkirkara FC’s Gabriella Zahra continued her fine form throughout November and was again voted BOV Player of the Month after winning the award in September and October.

The tireless midfielder, always one of the most active players on the field, showed great pace and vision which helped Birkirkara register wins against Pembroke, Mgarr and Kirkop to keep the pressure on league leaders Hibernians.

Her goal against Mġarr demonstrated her positioning on the field where Raina Giusti was able to serve her and she left goalkeeper Rachelle Borg helpless. She has also combined well with the flowing movement of new signing Catherine Campbell through her well-times passes.

Bernard Azzopardi, Manager of Bank of Valletta’s Birkirkara Branch presented the BOV Female Player of the Month trophy to Gabriella, her third of the season.

Gabriella Zahra


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/bov-plejer-femminili-tax-xahar-novembru-2015/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.