BOV Player of the Month – March 2016

Thursday, March 31, 2016, 18:20

Note:This article has been published in both English and Maltese
Nota:Dan l-artiklu ġie miktub bl-Ingliż u bil-Malti

Gavin Muscat

Jhonnattann (Valletta FC) makes it two in a row

Jhonnattan Benites de Conceicao’s fine form continued in March when he was selected as the BOV Player of the Month for the second month in a row. This is the Brazilian striker’s seventh individual award, making him the player who won this award the most.

Closing in on their 23rd title, Valletta consolidated their top position in the BOV Premier League with four wins during March where Jhonnattan scored in three of the matches to take his season tally to seven.

Jhonnattann was the star of the show for Valletta against Sliema where he rounded his fine performance with a brilliant goal at a time when Sliema Wanderers were increasing their efforts in search of an equaliser. Jhonnattann doubled Valletta’s lead with a brilliant lob after a fine individual move on 64 minutes.

Jhonnattan also produced a gem of an opener on the 14th minute against Pembroke, where, receiving a brilliant pass from left-back Ian Azzopardi, he burst past two defenders and drove the ball into the top corner.

One of the fastest goals this season also bears his signature. Receiving a pass from Nafti in Valletta’s match against Mosta, he burst into the area and hit past goalkeeper Yenz Cini after just 19 seconds.

Charles Grech Soler, Manager of Bank of Valletta’s Republic Streeet Valletta Branch presented the BOV Player of the Month trophy for March 2016 to Jhonnattan. The Brazilian striker chose Puttinu Cares to benefit from the donation associated with this award.

———————————————————————————————————————————————————-

Malti

BOV Plejer tax-Xahar – Marzu 2016

Jhonnattann (Valletta FC) bl-unur għat-tieni xahar konsekuttiv

Il-forma tajba ta’ Jhonnattann Benites de Conceicao kompliet matul ix-xahar ta’ Marzu meta ntgħażel bħala l-BOV Plejer tax-Xahar għat-tieni xahar konsekuttiv. Dan huwa s-seba’ unur individwali għall-attakkant Brażiljan, biex b’hekk huwa l-plejer li rebaħ dan l-unur l-iżjed drabi.

Hekk kif qed joqorbu lejn it-23 titlu tagħhom, Valletta kkonsolidaw il-pożizzjoni tagħhom fil-quċċata tal-BOV Premier League b’erba’ rebħiet matul ix-xahar ta’ Marzu li fihom Jhonnattann skorja fi tliet partiti biex it-total ta’ gowls tiegħu għal dan l-istaġun tela’ għal sebgħa.

Jhonnattann kien l-istilla tal-partita għal Valletta kontra Sliema meta wera l-prestazzjoni eċċellenti tiegħu b’gowl brillanti f’ħin meta Sliema Wanderers kienu qed iżidu l-isforzi tagħhom biex ifittxu l-gowl tad-draw. Jhonnattann irdoppja l-vantaġġ ta’ Valletta b’xutt brillanti wara mossa individwali sabiħa fl-64 minuta.

Jhonnattann kien ukoll il-moħħ wara l-gowl tal-ftuħ fl-14-il minuta fil-partita kontra Pembroke, meta, wara li rċieva pass preċiż mingħand Ian Azzopardi mix-xellug fuq wara, huwa għadda minn bejn żewġ difensuri u ta xutt fil-kantuniera ta’ fuq tax-xibka.

Wieħed mill-iżjed gowls veloċi ta’ dan l-istaġun kien ukoll ta’ Jhonnattann. Wara li rċieva pass mingħand Nafti fil-partita ta’ Valletta kontra Mosta, huwa daħal fil-kaxxa ż-żgħira u b’xutt b’saħħtu għeleb lill-goalkeeper Yenz Cini wara biss 19-il sekonda.

Charles Grech Soler, il-Maniġer tal-Fergħa tal-Bank of Valletta fi Triq ir-Repubblika fil-Belt Valletta ppreżenta lil Jhonnattann bit-trofew tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Marzu 2016. L-attakkant Brażiljan għażel lill-Puttinu Cares biex jibbenefikaw mid-donazzjoni assoċjata ma’ dan l-unur.

Jhonnattann with his award





Leave a comment