BOV jagħti l-appoġġ għar-4 edizzjoni tal-Malta International Double Trap Gran Prix

Friday, August 9, 2013, 12:31

Bank of Valletta qed jagħti l-appoġġ tiegħu għar-raba’ edizzjoni tal-Malta International Double Trap Gran Prix li ser jsir fil- 15 t’Awwissu fix-shooting range filBidnija.

Għar-raba’ sena konsekuttiva, il-Federazzjoni Maltija tal-isparar qed torganizza dan l-avveniment sportiv li sar parti mill-kalendarju internazzjonali tal-isparar u għalhekk qed jattira l-interess ta’ l-aqwa tiraturi internazzjonali.

It-tamiet Maltin għal din il-kompetizzjoni qegħdin f’idejn William Chetcuti u Nathan Lee Xuereb. Xuereb, li rebaħ l-edizzjoni tas-sena li għaddiet, għadu frisk minn rebħa oħra fil-‘Junior Double Trap European Championship’ fit-3 t’Awwissu li saret f’ Suhl fil-Ġermanja.

Bank of Valletta ilu jagħti l-appoġġ tiegħu għal Malta International Double Trap Grand Prix mill-ewwel edizzjoni. Bħala wieħed mill-akbar supporters l-iktar ta’ avvenimenti sportivi, il-Bank huwa kburi li jkun assocjat ma’ dan l-avveniment fejn tiraturi Maltin qegħdin jikkompetu mal-aqwa tiraturi internazzjonali u jkollhom riżultati pożittivi ħafna.





Leave a comment