BOV GFA Plejers tax-Xahar

Wednesday, March 18, 2015, 20:33

William Barbosa (St Lawrence Spurs) jirbaħ l-unur għal Jannar

Antoine Camilleri (Victoria Hotspurs) bl-unur ta’ Frar

 

William Barbosa ta St Lawrence Spurs huwa l-BOV GFA Plejer tax-Xahar għal Jannar 2015 waqt li Antoine Camilleri (Victoria Hotspurs) rebaħ l-istess unur għax-xahar ta’ Frar.

Il-plejer ta’ St Lawrence Spurs, William Barbosa kien magħzul bhala l-BOV Plejer tax-xahar għal Jannar 2015. Barbosa, li għandu esperjenza kbira f’diversi kampjonati nagħqad ma’ St Lawrence Spurs fil-bidu tal-istaġun fejn beda jilgħab f’pożizzjonijiet irtirati izda impressjona l-aktar meta beda jilgħab fl-attakk sabiex għen lit-tim tiegħu jtejjeb il-pożizzjoni fil-klassifika u jitbiegħed miż-żona tar-relegazzjoni. Matul Jannar, Barbosa kellu wirjiet mill-aqwa fil-logħbiet li l-iSpurs kellhom kontra Sannat Lions u SK Victoria Wanderers mill-kampjonat Melita tal-Ewwel Divizjoni, fejn skorja gowl fir-rebħa ta’ 3-0 kontra Sannat u żewg gowls oħra f’rebħa ta’ 3-1 kontra l-Wanderers.

L-attakkant ta’ Victoria Hotspurs Antoine Camilleri ġie magħżul bhala l-BOV Plejer tax-Xahar għal Frar 2015. L-attakkant zagħzugħ ta’ Victoria kien protagonist matul Frar fejn il-Hotspurs kisbu rebħa ta’ 2-0 kontra Sannat Lions u kisbu draw ta’ 1-1 kontra l-liders Xewkija Tigers, bil-gowl tad-draw ikun skurjat mill-istess Camilleri. Bil-punti miksuba minn dawn iż-żewg logħbiet, il-Hotspurs aċċertaw mit-tielet post fil-klassifika fi tmiem it-tieni rawnd tal-kampjonat Melita tal-ewwel diviżjoni.

Horace Laudi, Gozo Regional Manager fi ħdan il-Bank of Valletta, pprezenta t-trofej tal-BOV GFA Plejers tax-Xahar lill Barbosa u Camilleri. Iz-zewġ plejers għażlu l-Fondazzjoni Arka biex tibbenefika mid-donazzjoni assoċjata ma’ dan l-unur.





Leave a comment