BOV GFA Plejers tax-Xahar (Settembru u Ottubru)

Friday, December 11, 2015, 19:46

Note:This article has been posted in both English and Maltese
Nota:Dan l-artiklu ġie miktub bl-Ingliż u bil-Malti

Gavin Muscat

 Miguel Montano (Victoria Hotspurs) – Settembru 2015

Daniel Bogdanovic (Xewkija Tigers) – Ottubru 2015

L-attakkant ta’ Victoria Hotspurs Miguel Montano huwa l-BOV GFA Plejer tax-Xahar għal Settembru 2015 u Daniel Bogdanovic (Xewkija Tigers) rebaħ il-premju għal Ottubru 2015.

Il-Kolombjan ta’ erbgħa u għoxrin sena, Miguel Montano, ingħaqad ma’ Victoria Hotspurs wara l-provi fil-BOV Premier League f’Malta matul ix-xhur tas-sajf. Montano kien preżenti ħafna matul Settembru kollu fl-ewwel logħbiet tal-Kampjonat Għawdxi 2015/2016. Huwa skorja l-uniku gowl għall-Ispurs fir-rebħa tagħhom ta’ 1-0 fuq Kerċem Ajax u anke skorja erba’ gowls fir-rebħa kbira ta’ Victoria ta’ 7-0 fuq St Lawrence Spurs. Bi stil determinanti ta’ logħob, Montano qiegħed imexxi lil sħabu tat-tim biex ikunu kontestanti qawwija għar-rebħ tal-League f’dan l-istaġun.

Matul Ottubru, Bogdanovic ipprovda dak l-istimolu meħtieġ fit-tliet logħbiet tal-League ta’ Xewkija kif ukoll fir-rebħa tagħhom fuq Marsa fit-tieni rawnd tal-FA Trophy fejn huwa skorja darbtejn. Bogdanovic skorja darbtejn ukoll fit-telfa ta’ 3-2 ta’ Xewkija kontra Kerċem kif ukoll skorja l-gowl rebbieħ fir-rebħa tagħhom ta’ 2-1 fuq Victoria Hotspurs.

Is-Sur Horace Laudi, il-Maniġer Reġjonali għal Għawdex tal-Bank of Valletta ppreżenta t-trofej tal-BOV GFA Plejer tax-Xahar għal Settembru u Ottubru 2015 lil Montano u Bogdanovic li t-tnejn għażlu l-Fondazzjoni Arka biex tibbenefika mid-donazzjoni assoċjata ma’ dan il-premju.
—————————————————————————————————————————————————————————————————————–

English

BOV GFA Players of the Month

Miguel Montano (Victoria Hotspurs) – September 2015

Daniel Bogdanovic (Xewkija Tigers) – October 2015

Victoria Hotspurs forward Miguel Montano is the BOV GFA Player of the Month for September 2015 and Daniel Bogdanovic (Xewkija Tigers) won the award for October 2015.

Twenty-four year old Colombian Miguel Montano joined Victoria Hotspurs after trials in the BOV Premier League in Malta during the summer months. Montano was very present throughout September in the first matches of the Gozo Championship 2015/2016. He scored the Spurs’ only goal in their 1-0 win over Kercem Ajax and also scored four goals in Victoria’s 7-0 routing of St Lawrence Spurs. With a determined style of play, Montano is spurring his team-mates to be major contenders for the League this season.

During October, Bogdanovic provided the spark in Xewkija’s 3 league games as well as their second round victory over Marsa in the FA trophy where he scored twice. Bogdanovic also scored twice in Xewkija’s 3-2 loss to Kercem as well as scoring the winning goal in their 2-1 victory over Victoria Hotspurs.

Horace Laudi, Bank of Valletta’s Gozo Regional Manager presented the BOV GFA Player of the Month trophies for September and October 2015 to Montano and Bogdanovic who both chose Fondazzjoni Arka to benefit from the donation associated with this award.

Daniel Bogdanovic

Miguel Montano





Leave a comment