BOV GFA Players of the Month (January/February 2016)

Tuesday, March 22, 2016, 23:49

Note:This article has been published in both English and Maltese
Nota:Dan l-artiklu ġie miktub bl-Ingliż u bil-Malti

Gavin Muscat

  • Elton Vella (Kercem Ajax) wins January Award
  • February Award goes to Shaun Bajada (Għajnsielem)

Kercem Ajax midfielder Elton Vella is the BOV GFA Player of the Month for January 2016.

Vella was a protagonist in Kercem’s 3-1 win over Victoria Hotspurs where he scored twice and also found the net in Kercem’s 3-3 draw with Xewkija Tigers. 32 year old Vella started his career with Kercem but has played with various teams in Malta and Gozo and had won the First Division MFA Player of the year during his stint with Mosta.

Għajnsielem’s player-coach Shaun Bajada moved into his coaching role with Għajnsielem at the beginning of the season. Għajnsielem who have returned to the Gozitan first division this season are still unbeaten and firm favorites to be crowned Champions at the end of the season. Bajada scored one of the fastest goals of the season against St Lawrence Spurs after only 18 seconds. His role as a leader and his extensive experience that includes a regular spot in the Malta National Team were definitely felt in Għajnsielem’s victories over Oratory Youths and Kercem Ajax.

Horace Laudi, Regional Manager for Gozo presented the commemorative trophies associated with these awards to the players. Elton Vella chose The Jesuit Refugee Service while Shaun Bajada chose Fondazzjoni Arka benefit from the donation associated with these awards.

———————————————————————————————————————————————————-

Malti

BOV GFA Plejers tax-Xahar

  • Elton Vella (Kerċem Ajax) jirbaħ l-Unur għal Jannar
  • L-Unur ta’ Frar imur għand Shaun Bajada (Għajnsielem)

Il-plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ Kerċem Ajax, Elton Vella, huwa l-BOV GFA Plejer tax-Xahar għal Jannar 2016.

Vella kien protagonista fir-rebħa ta’ 3-1 ta’ Kerċem fuq Victoria Hotspurs meta skorja darbtejn, u skorja wkoll fid-draw ta’ 3-3 meta Kerċem lagħbu kontra Xewkija Tigers. Vella, li għandu 32 sena, beda l-karriera tiegħu ma’ Kerċem imma lagħab ma’ diversi timijiet f’Malta u f’Għawdex u kien rebaħ l-unur tal-MFA Plejer tas-sena tal-Ewwel Diviżjoni fil-perjodu li għamel jilgħab ma’ Mosta.

Il-plejer/kowċ ta’ Għajnsielem, Shaun Bajada, daħal fir-rwol tiegħu ta’ kowċ ma’ Għajnsielem fil-bidu tal-istaġun. Għajnsielem, li dan l-istaġun reġgħu lura għall-ewwel diviżjoni f’Għawdex, għadhom mingħajr telfa u favoriti sew li jiġu inkurunati bħala Rebbieħa fl-aħħar tal-istaġun. Bajada skorja wieħed mill-iżjed gowls veloċi tal-istaġun kontra St Lawrence Spurs wara biss 18-il sekonda. Ir-rwol tiegħu bħala mexxej u l-esperjenza estensiva tiegħu li tinkludi post regolari fit-Tim Nazzjonali ta’ Malta, kellhom definittivament impatt fuq ir-rebħiet ta’ Għajnsielem fuq Oratory Youths u Kerċem Ajax.

Horace Laudi, il-Maniġer Reġjonali għal Għawdex ippreżenta t-trofej kommemorattivi assoċjati ma’ dawn l-unuri lill-plejers. Elton Vella għażel il-Jesuit Refugee Service filwaqt li Shaun Bajada għażel il-Fondazzjoni Arka biex jibbenefikaw mid-donazzjoni assoċjata ma’ dawn l-unuri.

Elton Vella accepting his award

Shaun Bajada accepting his award





Leave a comment