BOV Female Player of the Month – December 2015

Wednesday, March 9, 2016, 14:16

Note:This article has been published in both English and Maltese
Nota:Dan l-artiklu ġie miktub bl-Ingliż u bil-Malti

Gavin Muscat

Rebecca D’Agostino – Mġarr United

Mġarr United Defender Rebecca d’Agostino was voted the BOV Female Player of the Month for December 2015.

The veteran player is an inspiration and a leader to her younger team-mates as well as one of the most experienced players on the island.

Rebecca was pivotal in Mgarr’s 3-0 victory over Pembroke, where she thwarted numerous attacks while also scoring her team’s second goal. Her flexibility was very evident when, although playing in a defensive position, she opened the match’s score in the 26th minute in their 4-2 BOV Women’s League defeat to league leaders Hibernians.

Emily Grech, Manager of Bank of Valletta’s Mosta Branch presented Rebecca with the BOV Female Player of the Month Trophy for December 2015 in recognition of her performance.

———————————————————————————————————————————————————-

Malti

BOV Plejer Femminili tax-Xahar – Diċembru 2015

Rebecca D’Agostino – Mġarr United

Id-difensur ta’ Mġarr United, Rebecca d’Agostino, ġiet ivvutata bħala l-BOV Plejer Femminili tax-Xahar għal Diċembru 2015.

Il-plejer veterana hija ta’ ispirazzjoni u ta’ tmexxija għal sħabha fit-tim iżgħar fl-età, kif ukoll hija waħda mill-iżjed plejers esperjenzati f’Malta.

Rebecca kienet ċentrali fir-rebħa ta’ 3-0 ta’ Mġarr United fuq Pembroke, meta ġabet fix-xejn diversi attakki min-naħa ta’ Pembroke kif ukoll skurjat it-tieni gowl għat-tim tagħha. Il-flessibbiltà tagħha kienet evidenti ħafna meta, minkejja li tilgħab f’pożizzjoni difensiva, hija fetħet l-iskor tal-partita fis-26 minuta fit-telfa tagħhom ta’ 4-2 fil-Kampjonat BOV tan-Nisa kontra Hibernians li jinsabu fil-quċċata tal-klassifika tal-kampjonat.

Emily Grech, il-Maniġer tal-Fergħa tal-Mosta tal-Bank of Valletta ppreżentat lil Rebecca bit-trofew tal-BOV Plejer Femminili tax-Xahar għal Diċembru 2015 bħala rikonoxximent tal-prestazzjoni tagħha.

———————————————————————————————————————————————————-

Gallery

Rebecca D'Agostino with her award





Leave a comment