BOV Basketball Plejers tax-Xahar għal April 2018

Friday, May 18, 2018, 9:46

Il-forward ta’ Hibernians Alvaro Lizaur rebaħ l-unur ta’ BOV Plejer tax-Xahar tal-kampjonat tal-ewwel diviżjoni tal-irġiel għal April 2018. L-Ispanjol li fih 6 piedi u 7 pulzieri, aktar kmieni dan l-istaġun kien l-ewwel plejer ta’ Hibernians li rebaħ dan l-unur sa minn April 1990, kif ukoll kien pedina importanti fit-tim tiegħu biex jirbaħ il-kampjonat għall-ewwel darba, ukoll mill-1990.

Samantha Brincat, ukoll minn Hibernians rebħet it-tieni premju individwali tagħha, u r-raba’ fil-karriera, kienet strumentali fir-rebħa tal-kampjonat tan-nisa fejn ukoll giet ivvutata il-Most Valuable Player (MVP) tas-serje finali.

Vukassin Jandric ta’ Luxol rebaħ l-unur tal-BOV Amateur League. Dan ukoll huwa t-tieni unur għal Jandric dan l-istaġun. Il-plejer mis-Serbja, li dejjem jikseb numru kbir ta’ punti għat-tim tiegħu, speċjalment mid-distanza, għen lil Luxol biex jilħqu s-semi-finali fil-BOV Amateur League..

Peter Perotti, Uffiċjal Kap tal-Bank of Valletta ippreżenta plakka kommemorattiva lir-rebbieħa. Il-Bank of Valletta huwa sostenitur prinċipali ta’ inizjattivi sportivi f’Malta li jippromwovu l-eċċellenza sportiva f’ambjent kompetittiv b’saħħtu.





Leave a comment