Bormla jirbħu r-Regatta ta’ taħt it-18 -il sena

Thursday, July 5, 2012, 15:04

Il-klabb tar-Regatta ta’ Bormla, nhar is-Sibt 30 ta’ Ġunju rebaħ it-tiġrija ta’ taħt it-tmintax -il sena fil-bajja tar-Rinella fil-Kalkara.

Din kienet l-għaxar darba li bħala klabb Bormla rebħu dan l-unur li jikkonsisti wkoll fir-rebħ tal-Aggregate Shield u dan iaħalli lil Bormla fil-quċċata. Bħala regatta nġenerali kienet organizzata tajjeb ħafna mill-Għaqda Regatta Nazzjonali bl-ghajnuna tal-Kunsill Malti għall-Isport. It-tiġrijiet kienu jikkonsistu f’ħamsa fejn Bormla rebħet l-ewwel u t-tielet tiġrija u ġiet it-tielet fit-tieni tiġrija kif ukoll it-tieni fil-ħames tiġrija għal total ta’ sittin punt. Fit-tieni post tal-klassifika ġew il-Kalkara u t-tielet il-Birgu.

Uffiċjali u qaddiefa ta' Bormla jiċċelebraw wara r-Regatta Under 18 tas-sena 2012





2 Comments

  1. stephen paris says:

    Grazzi sur Micallef!!

    [Reply]

  2. kevin says:

    proset blues,, ahna warajkom.

    [Reply]

Leave a comment