Bormla għal sena oħra tirbaħ ir-Regatta Youths+ 2015

Wednesday, July 8, 2015, 18:40

Gavin Muscat

Id-distrett ta’ Bormla rebaħ ir-Regatta Youths+ 2015 li saret fil-Bajja tar-Rinella, il-Kalkara. Ir-regatta Youths+ ta’ din is-sena kellha għan doppju; dak li tagħti opportunità liż-żgħażagħ sabiex jikkompetu u jibqgħu jitrawmu f’dan l-isport u dak li tgħin lill-Malta Community Chest Fund permezz tal-inizzjattiva Solidarjetà bl-Isport.

Ir-riżultati tal-ħames tlielaq kienu hekk:

 

 

 

 

 

 

Ix-shield intrebħet minn Bormla b’72 punt u fit-tieni post spiċċaw il-Kalkara u Birżebbuġa b’40 punt. L-Isla spiċċat b’20 punt.

Intant saru wkoll żewġ tlielaq bejn il-membri tal-kumitati bl-għan li jinġabru fondi għall-inizzjattiva Solidarjetà bl-Isport. L-ewwel tellieqa kienet dik tal-Pass b’Qaddief Wieħed li ntrebħet mill-Birgu, segwit mill-Marsa u Marsamxett. It-tellieqa l-oħra kienet dik tal-Pass b’Erba’ Qaddiefa li ntrebħet minn Marsamxett, segwit mill-Birgu u Bormla fit-tielet post.

Il-palji, li din is-sena ngħataw lil kull qaddief rebbieħ, it-trofej u x-shield kienu preżentati mill-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca u s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, Chris Agius.

Bormla in action

 

 

 

 

 

 

 

Ħajr għar-ritratt: MEDE_PS

 





Leave a comment