Bonuses ġodda għat-Tim Nazzjonali

Wednesday, March 30, 2011, 17:40

minn Cristian Muscat

 Waqt il-Kunsill tal-MFA li sar nhar it-Tlieta fis-Sala taċ-Ċentinarju f’ ta’ qali, l-mfa ħabbret bonuses godda għall-plejers tat-tim nazzjoanli wara li s-sitema preċedenti li kienet tikkonsisti fi training allowances u bonuses ghal appearaences kif ukoll meta nirbħu l-punti giet eliminata. Meta tkellem waqt dan il-kunsill tal-mfa, il-president Norman Darmanin Demajo qal li wara l-ewwel offerta mill-MFA, il-plejers għamlu kontro proposta ligiet deskritta bhala mhux daqtant ragjonevoli. Madankolu l-MFA iddecidiet li zzid iktar l-ammonti ta’ flus li hija kienet offriet qabel. Il-line up bonus ghat-tmintax il-plejer li se jkunu magħzula ghal-logħba partikolari se jkun ta ‘ 300 ewro ghal-logħba ta’ ħbiberija kif ukoll 700 ewro hal-loghba kompettitiva. B’ zieda ma’ dan il-line up bonus, se jinghata bonus jekk nirbhu l-punti. F’ każ ta’ draw f’ loghb ta’ ħbiberija, il-plejers se jkunu qegħdin jirċievu 250 ewro kull wiehed waqt li fi draw f’ logħba kompettitiva huma se jkunu qeghdin jircieni 1,750 ewro. F’ każ ta’ rebħa f’ logħba ta’ ħbiberija, il-plejers se jirċievu s-somma ta’ 55o Ewro waqt li rebħa f’ loghba kompettitiva se tkun qed tfisser bonus ta’ 3,500 Ewro. Darmanin Demajo irrimmarka l-fatt li dan qatt ma kien issue finanzjarju imma kollox sar biex jimmotiva lill-plejers biex jilgħabu ahjar. Huwa qal li jemmen li xi darba Malta tista’ tirbaħ il-punti u li f’ kampanja ta’ kwalifikazzjoni partikolari, Malta tista’ saħansitra tirbaħ minn 3 sa erba’ punti. Il-Kap Eżekuttiv tal-MFA Bjorn Vassallo qal li l-MFA se tkun qiegħda thallas minimu ta’ 160,000 ewro lill-plejers għall-kampanja ta’ kwalifikazzjoni li tikkonsisti f’ għaxar logħbiet, dejjem jekk ma jintrebhux il-punti mill-Maltin. Il-President tal-MFA qal li ghall-bidu il-kowcis tat-tim nazzjoanli esprimew l-opinjonijiet taghhom izda qablu mal-kunċett. Huwa kompla billi qal li din is-sistema ġdida se tkun qed tagħmilha eħfef għalihom biex jigu inklużi plejers godda fl-iskwadra dejjem skond il-forma li fiha jkunu jinsabu. Darmanin Demajo saħaq li din kienet l-ahhar offerta mill-MFA. Huwa kkonkluda billi qal li jekk ikun hemm plejers li jiddeċiedu li ma jinżlux ghal sessjoniiet ta’ taħriġ, huma xorta waħda jkunu eliġibbli biex jilgħabu mat-tim nazzjoanli – xi ħaġa li qajmet kontroversja u nuqqas ta’ qbil ma’ wħud mill-persuni li jsegwu l-futbol f’pajjzna.





Leave a comment