Bonello Spiteri u Galea champions nazzjonali – Rapport tat-tellieqa

Thursday, October 6, 2011, 19:40

Danica Bonello Spiteri u Dermot Galea huma ic-‘champions’ nazzjonali tat-Triathlon 2011. Dawn iz-zewg atleti rebhu dan il-Kampjonat mhux anqas minn ghaxar darbiet kull wiehed. L-ebda atleta iehor fl-istorja tat-Triathlon f’Malta – li issa tmur lura 23 sena – ma irnexxielu jilhaq dan l-unur.

B’kollox, mija u zewg atleti hadu sehem fiz-zewg t-itlielaq (Olimpika u Sprint) li l-Assocjazzjoni Maltija tat-Triathlon  organizzat bil-ghajnuna ta’ B’Kara St Joseph SC u Joseph F. Spiteri & Co (1927) Ltd. Dan huwa rekord assolut ta’ partecipazzjoni – rekord li kien mistenni minhabba li n-numru ta’ partecipanti kien qed konsistentament jikber minn tellieqa ghal-ohra.

Mark Zammit kien l-ewwel li tela’ mill-bahar wara li spicca l-ghawma ta’ 1500m f’hin ta’ 21m:23s. Warajh tela’ Mark Sykes, atleta nazzjonali tal-‘Age-Groups’ Ingliz li, flimkien ma Katie Silke, kien mistieden ghal dan il-Kampjonat mill-Awtorita Maltija tat-Turizmu. Fit-tielet u r-raba post telghu Dermot Galea u Keith Galea, filwaqt li Carl Attard tela’ mill-ilma fil-hames post.

Fil-Kategorija tan-Nisa, kienet Michelle Scott li telghet l-ewwel mill-bahar, f’hin ta’ 23m:17s. Hames sekondi warajha telghet Katie Silke filwaqt li l-ewwel atleta Maltija, Danica Bonello Spiteri, telghet fit-tielet post, aktar minn minuta wara z-zewg atleti Inglizi.

Fuq ir-rota, l-erba’ atleti Dermot Galea, keith Galea, mark Sykes u Carl Attard malajr lahqu lil Mark Zammit minkejja iz-zewg minuti vantagg li dan ta’ l-ahhar kien irnexxielu jgib fuq shabu fl-ghawma. L-ebda wiehed minn dawn l-atleti, pero, ma kellu l-ahjar hin fuq ir-rota – dan l-unur mar ghand Fabio Spiteri li dar ir-rotta f’hin ta’ siegha, minuta u tnax il-sekonda.

Danica Bonello Spiteri mill-ewwel marret fuq l-attakk biex wara l-ewwel zewgt dawriet lahqet iz-zewg atleti Inglizi u rnexxiela tghaddihon. Hija kellha l-ahjar hin fuq ir-rota ta’ siegha, ghaxar minuti u 54 sekonda. Johanna Calleja kellha it-tieni l-ahjar hin fuq ir-rota, tmien sekondi biss wara Bonello Spiteri. Silke u Scott, pero, xorta baqghu f’pozizzjoni tajba biex jissieltu ghall-unuri.

Fit-Triathlon hafna drabi tkun il-Girja li tiddetermina ir-rebbieh u hekk gara nhar il-Hadd li ghadda. Carl Attard u Keith Galea mill-ewwel marru fuq l-attak; izda wara l-ewwel ‘lap’, kien Dermot Galea li mar fuq quddiem u beda jzid il-vantagg li kellu fuq ir-rivali tieghu, biex fl-ahhar irnexxielu jirbah il-Kampjonat f’hin ta’ saghtejn, erba minuti u 55 sekonda. L-ahjar hin tal-Girja ta’ 10 kilometri kien ta’ Steve Chetcuti li ghamel hin ta’ 39m:33s. Carl Attard, li jidher bic-car li ghandu talent kbir f’dan l-isport, spicca 6 sekondi biss wara Galea, filwaqt li Keith Galea spicca fit-tielet post 55 sekonda wara Attard.

Danica Bonello Spiteri mhux biss kellha l-ahjar hin fuq ir-rota izda hi baqghet tghafas fil-girja biex hawn ukoll hi rnexxiela jkollha l-ahjar hin ta’ 44 minuta u 28 sekonda, biex rebhet il-Kampjonat f’hin ta’ saghtejn, ghoxrin minuta u tnax il-sekonda, kwazi hames minuti ahjar mill-eqreb rivali taghha Katie Silke u Michelle Scott. Dawn spiccaw fit-tieni u t-tielet post f’hinijiet ta’ saghtejn, 25 minuta u 8 sekondi u saghtejn, 28 minuta u 4 sekondi rispettivament.

It-Tellieqa Sprint intrebhet minn Wilfred Stelling f’hin ta’ siegha, 9minuti u 57 sekonda, filwaqt li l-kategorija tan-Nisa ntrebhet minn Hannah Pace f’hin ta’ siegha, 19 il-minuta u 12 il-sekonda.

L-imhallef Lino Farrugia Sacco, President tal-Kumitat Olimpiku Malti, ferah lill-partecipanti kollha u ipprezenta t-trofej lir-rebbieha fid-diverzi kategoriji.

L-Isponosrs l-ohra tat-Tellieqa kienu Kristal Water u Gillette.





Leave a comment