Bogdanovic se jaffaċja lil Holloway

Monday, January 16, 2012, 13:41

minn Sandro Micallef

L-Internazzjonali Malti Daniel Bogdanovic li bħalissa jinsab misluf lit-team ta’ Rochdale fl-Ingilterra mistenna jaffaċċja lil kowċ ta’ Blackpool Ian Holloway sabiex jara jekk għandux intenzjoni li jżommu ma’ Blackpool jew le sa tmiem l-istaġun.

Bogdanovic stqarr dan waqt il-programm Kontrattakk tal-Ħadd filgħaxija hekk kif sar kuntatt miegħu fl-Ingilterra. Bogdanovic qal li u jinsab għaddejj tajjeb ħafna ma’ Rochdole fejn minn tlett partiti li lagħab u skorja fi tnejn u fit-tnejn li huma spiċċa bħala l-aħjar player tal-logħba. L-internazzjonali Malti qal li fit-28 ta’ Jannar u se jltaqa’ mal-kowċ ta’Blackpool tramite l-aġent tiegħu u jekk dan mhux se jagħtih garanzija li se jkun qed jilgħab b’mod regolari l-player se jkun qed jitlob self permanenti sa tmiem l-istaġun.

Meta mistoqsi jekk is-self jistax ikun permanenti ma’ Rochdale Bogdanovic ma eskludiex li jista’ jingħaqad b’self anke ma team ieħor fiċ-Championship.

Intant fil-programm Kontrattakk il-kowċ ta’Birkirkara Paul Zammit li kien fost il-panel ikkonferma li hu u l-kumitat għadhom mhux kuntenti bil-wirjiet tat-team anke wara li saru xi aġġustamenti fis-suq tat-trasferimenti. Zammit tenna li fil-ġimgħat li ġejjin hu se jkompli jaħdem sabiex jakkwista xi players oħra li jista’ jissoda t-team bihom. Dan is-sit hu nfurmat li l-attenzjoni ta’ Birkirkara se tkun iffukata fuq attakkanti u mhux eskluż li jibdew tentattivi sabiex Daniel Nwoke jingħaqad mal-Istripes wara li dan ingħata r-release minn Qormi.

Fil-programm Kontrattakk ġie żvelat ukoll li bħalissa Tarxien Rainbows għadhom għaddejja bin-negozjati mal-midfielder tagħhom Mark Tanti li fit-tmiem l-istaġun li għadda għamel l-operazzjoni tal-cruicate. Patrick Curmi kowċ ta’ Tarxien ikkonferma li kieku għalih ilu li sejjaħ lil Tanti fl-iskwadra għaliex irkupra mill-injury imma Curmi tenna li għad hemm xi trufijiet u rtokki żgħar sakemm jiġi ffirmat kuntrratt ġdid ma’ Mark Tanti il-Bebu.





2 Comments

  1. Supporter says:

    Bil mod irid garanzija li jilghab imkella jitlaq ……. MESSI

    [Reply]

  2. ic-che says:

    Nahseb Birkirkara mhux attakkant centrali ghandhom bzonn imma midfielder krejattiv li jiftah id-difizi bil-passaggi tieghu!

    [Reply]

Leave a comment