Buttigieg jiddefendi lil Hogg….. Bogdanovic lura fl-iskwadra
Monday, September 5, 2011, 11:15minn Catherine Micallef.

John Buttigieg - Ritratt Joe Borg
Il-plejer internazzjonali Malti Daniel Bogdanovic li ftit tal-jiem ilu ffirma ma’ Blackpool jinsab ġewwa pajjiżna hekk kif ġie msejjaħ fl-ikwadra ta’ għoxrin ta’ John Buttigeg u Carmel Busuttil.
Waqt konferenza stampa ġewwa l-Grand Hotel Excelsior, il-kowċ tat-tim nazzjonali beda d-diskors tiegħu billi qal li l-partita ta’ għada t-Tlieta 6 ta’ Settembru se tkun it-tieni logħba fi tlett ijiem. B’xorti tajba, l-plejers kollha jinsabu f kundizzjoni tajba għax ħadd minnhom ma kellu injury. “Huwa diffiċli biex tipprepara fi żmien daqshekk qasir pero l-plejers jinsabu motivati u konvint li se jagħtu l-aħjar tagħhom – avolja l-Ġorġja huwa t-tim b’saħħtu u mhux se tkun logħba faċli”, kompla Buttigieg.
Fil-ġurnata tal-Ħadd wara l-ikla ta’ nofsinhar hekk kif it-tim kollu kien jinsab miġbur, flimien mal-kowċ raw partijiet mil-logħba kontra l-Kroazja u l-plejers jinsabu konxji tal-iżbalji banali u li mhux suppost isiru ripetittivament. Nhar il-Ġimgħa li għaddiet, f’għoxrin minuta l-plejers ma waqfux milli jirrepetu l-iżbalji u din hija xi ħaġa li jridu jaħdmu fuqha biex ikollhom riżultat aħjar.
Il-Ġorġja huwa tim differenti mill-Kroazja pero huwa wkoll tim b’saħħtu u tim li jiġri ħafna. Il-kowċ Buttigieg b’konvinzjoni qal li “Xorta nistenna logħba diffiċli pero anki huma jridu jistennew logħba diffiċli minn għandna.”
Il-Kowċ nazzjonali intant iddefenda u qabeż ħafna għall-Hogg meta ġie mistoqsi x’jaħseb dwar iċ-ċirkustanzi tal-goals. Hu qal “Hogg kien tajjeb salvana fit-tieni taqsima one on one kważi penalty għall-avversarji, hu goalkeeper tajjeb u f’ħafna ċirkostanzi ikun strumentali biex iżommna fil-logħba”
Fuq il-fatt li din se tkun it-tieni logħba, Buttigieg ammetta li l-plejers Maltin mhumiex imdorrija jilagħbu żewġ logħbiet fuq xulxin u fuq in-naħa tal-fiżika jista’ jkun li jbatu xi ftit.
Rigward il-kundizzjoni ta’ Jonathan Caruana, il-kowċ qali lil media li jinsab ħafna aħjar u flimkien mat-tim qed jisperaw li jimmiljora u jkun jista’ jilgħab.
Meta ġie mistoqsi dwar il-prestazzjoni ta’ John Hutchinson u Manny Muscat , il-kowċ stqarr li l-fatt li jilagħbu ’l bogħod ħafna huwa diffiċli ħafna biex il-kowċ u t-tim tiegħu isegwu l-prestazzjonijet tagħhom, pero daħlu tajjeb fit-tim u jridu jimpruvjaw. Skont il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti,”John Hutchinson qed jilgħab aħjar minn Manny f’dan il-mument. Il-problema tal-plejers Maltin hija li aħna nilagħbu bi plejers li huma aktar attakkanti milli difensuri, u huwa għalhekk li nbatu minn set pieces għax iktar aħna offensivi. Il-Ġorgja għandhom ħafna plejers ta’ esperjenza kbira li jilagħbu ma’ timijiet kbar fl-Ewropa . It-tim inġenerali huwa b’saħħtu”.
L-iskwadra ta’ għoxrin hekk kif imsejħa minn Buttigieg u Busuttil huma s-segwenti:
Goalkeepers
Reuben Gauci – Marsaxlokk FC
Andrew Hogg – Valletta FC
Difensuri
Andrei Agius – Latina
Roderick Briffa – Valletta FC
Jonathan Caruana – Valletta FC
Clayton Failla – Hibernians FC
Carlo Mamo – Marsaxlokk FC
Joseph Zerafa – Birkirkara FC
Midfielders
Trevor Cilia – Birkirakra FC
Paul Fenech – Birkirakra FC
Ryan Fenech – Valletta FC
John Hutchinson – Chengdu Blades
Manny Muscat – Wellington Phoenix
Jamie Pace – Valletta FC
Gareth Sciberras – Birkirakra FC
Attakkanti
Danijel Bogdanovic – Blackpool FC
Andrew Cohen – Hibernians FC
Michael Mifsud – Valletta FC
Andre` Schembri – Olyimpiakos Volou
Ivan Woods – Floriana FC








TIder Li thobb IC CISK>>>>>JOHN X Tilaqu lil HOGG!!!
[Reply]
Naqbel mieghek Sandro!!
[Reply]
Andre Agius joined US Latina and is no longer a player of Melfi
[Reply]
sur buttigieg kif taghmel il homework tieghek rigward hutchinson w manny? taf li lil manny kemm ijlhekk taghzlu,qatt ma laghabtu fpostu? ghal informazzjoni tieghek dak mal club tieghu quddiem id defence jilghab w mhux fullback..basta tajtu lil players,ma tafhux ilpozizzjoni taghhom
[Reply]