Bogdanovic jingħata Free Transfer status…. Chievo wara Andre`

Monday, June 20, 2011, 16:22

minn Cristian Muscat

Daniel Bogdanovic

Għalkemm it-tim li jilgħab miegħu Daniel Bogdanovic, Sheffield United ġie relegat għal League One, l-istriker internazzjoanli Malti Daniel Bogdanovic jista’ jibqa’ jilgħab fiċ-Championship hekk kif bħalissa qed jattira l-interess ta’ numru ta’ klabbs.

Skond rapprt li deher fuq is-sit elettroniku Ingliz skysports.com, numru ta’ klabbs miċ-Championship qegħdin juru l-interess li jakkwistaw is-servizzi ta’ Bogdanovic fuq free transfer. Ir-rapport jafferma li l-Blades huma lesti li jirrillaxxaw lill-internazzjoanli Malti fuq free transfer hekk kif qegħdin ifittxu li jnaaqsu l-pagi tagħhom wara li ġew relegati. Bogdanovic ingħaqad mat-tim minn Bramall Lane is-Sajf li għadda mingħand Barnsley, iżda l-istriker ma’ kellux post regolari mat-tim minn Sheffield. Il-Blades huma mistennija li jitilfu numru mill-aqwa pleers tagħhom f’ dan is-Sajf u skond dan ir-rapport il-fatt li Bogdanovich ingħata free transfer ġibet l-interess ta’ bosta klabbs fosthom Ipswich Town, Burnley kif ukoll Peterborough.

Intant skond rapport li eher fuq il-gazzetta Taljana ta’ kuljum Il Corriere dello Sport, jidher li l-istriker internazzjoanli Malti Andre Schembri qed jattira l-interess tat-tim mis-Serie A taljana Chievo Verona. Skond l-istess rapprt, Legia Warsaw tal-Polonja kif ukoll it-timijiet Griegi AEK u Paok huma wkoll interessatili jakkwistaw is-servizzi tal-istriker Malti. Wara li nagħaqd ma’ Ferencvaros f’nofs l-istaġun li għadda, Schembri kellu staġun eċċellenti mal-Fradi fejn spiċċa bħala l-aqwa skorer tal-klabb u għin lill-istess klabb biex jispiċċa fit-tielet post u b’hekk assigura post fil-UEFA Europa Leage.

Andre`Schembri

Jekk Andre Schembri jitlaq lil Ferencvaros, huwa jkun it-tieni plejer Malti li jħalli lil dan il-kalbb hekk kif il-goalkkepper Justin  Haber m’aċċettax li jġedded il-kuntartt tiegħu mal-istess klabb. Haber huwa rrappurtat li qed jattira l-interess kemm mill-Greċja kif ukoll mill-Portugall.





Leave a comment