- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Bodybuilding: Malta rebħet żewġ midalji tal-bronż waqt l-istess Kampjonati

Posted By Sportinmalta On May 20, 2015 @ 5:57 pm In Bodybuilding,Featured | No Comments

MIDALJA TAD-DEHEB GĦAL LUKE DEBONO FIL-JUNIORS FIL-KAMPJONATI EWROPEJ TAL-BODYBUILDING

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius jifraħ lil Luke Debono li rebaħ il-midalja tad-deheb fil-juniors ta’ aktar minn 75 kg waqt il-Kampjonati Ewropej tal-IFBB. Debono mhux biss rebaħ midalja tad-deheb imma wkoll spiċċa t-tieni overall fis-seniors ta’ taħt il-100kg.

Malta rebħet żewġ midalji tal-bronż waqt l-istess Kampjonati; waħda ntrebħet minn John Debono fil-Masters -70 kg u l-oħra minn Raymond Cassar fil-Masters Classic Bodybuilding.

Is-Segretarju Parlamentari jfaħħar l-impenn tal-Malta Federation of Bodybuilding & Fitness ta’ dan l-aqwa riżultat li qatt kisbu atleti Maltin f’kompetizzjoni ta’ dan il-livell.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/bodybuilding-malta-rebhet-zewg-midalji-tal-bronz-waqt-l-istess-kampjonati/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.