Bl-ismijiet biss ma jiġix ir-rebħ – Tyronne Demanuele Segretarju Gżira utd

Friday, September 16, 2011, 17:00

Il-Klabb tal-Gzira United ippreżentaw l-akkwisti l-ġodda għal dan l-istaġun waqt laqgħa għal plajers li saret dan l-aħħar. It-tim tal-Maroons dan l-istaġun ser ikun immexxi mill-Coach Joe Grech assistit mit-Tim Manager Tony Borg.

L-akkwisti l-ġodda huma: 

Goalkeeper Simon Agius, Kevin Cassar, Arnold Buttigieg, Sharlon Pace, Rudi Gulite Congalves Alhino, Anthony Ewurum, Simon Shead, Philip Camilleri, Jesmond Azzopardi, Ryan Deguara, Karl Saliba, Allan Spiteri u Luke Attard.

Gzira United jippreżentaw l-akkwisti l-ġodda

F’diskors waqt il-laqgħa, s-Segretarju tal-Klabb, Tyrone Demanuele spjega li l-għan tal-Klabb dis-sena huwa li jikseb promozzjoni fl-Ewwel divizjoni.  Wara staġun negattiv il-kumitat ħass illi kellu jagħmel akkwisti denji biex ikun minn ta’ quddiem għar-rebh tal-unuri.  Wara li wera s-sodissfazjon li klabb zgħir bħal ma huwa l-klabb tal-Gzira, irnexxilu jikkonvinċi plajers ta’ ċertu livell li jingħaqdu magħhom, wissa lil dawk prezenti illi bl-ismijiet biss ma jiġix ir-rebħ, imma dan jiġi biss b’sagrifiċċju minn kullħadd u għaqda bejn il-plejers.  Huwa żied jgħid illi hemm timijiet oħra li sejrin jagħtu sfida denja lil kull tim, b’hekk kien hemm bżonn li f’kull logħba jiġi irrisspettat l-avversarju.

F’kelmtejn tal-okkazjoni, l-Coach ingħaqad mal-ħsibijiet tas-Segretarju fejn zied jghid illi jemmen li t-tim tal-Gzira għandu biżżejjed kwalita` biex jagħti logħba lil kullħadd, biss l-istaġun huwa twil u apparti injuries u sospensjonijiet hemm l-element ta’ teamwork li trid tingħeleb.





Leave a comment