Birkirkara jittamaw li jġibu fi tmiemha s-serje ta’ tletin logħba mingħajr telfa għal Valletta

Monday, April 25, 2011, 16:02

minn Cristian Muscat

Illejla Birkirkara se jkunu qed jittamaw li jġibu fi tmiemha s-serje ta’ tletin logħba mingħajr telfa għal Valletta wara li Valletta kienu tilfu kontra l-istess Birkirkara bl-iskor ta’ wieħed b’ xejn f’ Marzu tas-sena l-oħra hekk kif il-karkarizi qeghdin jittamaw li jersqu viċin lejn Floriana fit-tellieqa għat-tieni post. L-Istripes bħalissa jinsabu t-tielet b’ 25 punt, ħames punti wara Floriana.

F’ temp ta’ ġimgha Birkirkara u Floriana se jkunu qeghdin jaffrontaw lil Marsaxlokk u Valletta rispettivament qabel ma z-zewg timijiet jilgħabu kontra xulxin f’ konfront probabilment decisive nhar is-6 ta’ Mejju. Birkirkara rebħu tmien punti mill-aħħar sitt logħbiet li lagħbu u għadhom ġejjin minn draw ta’ 2 bi 2 kontra Ħamrun Spartans fl-aħħar ħarġa tagħhom.

Sadanittant wara li ġew iddikjarati champions, Valletta se jkunu qegħdin jaspiraw li jestendu s-serje ta’  logħob mingħajr telfa. Huma rebħu l-aħħar ħames logħbiet fejn għelbu lil Birkirkara, Floriana, Tarxien, Ħamrun u Marsaxlokk. Il-plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ Birkirkara Paul Fenech u d-difensuri ta’ Valleta Ian Azzoppardi u Ramon Dos Santos mhux se jkunu fl-azzjoni llejla, ilkoll minħabba sospensjoni. Iz-zewġ timijiet diġa’ ltaqgħu ħames darbiet f’ dan l-istaġun. Wara rebħa ta’ 3 b xejn fil-Euro cup f’ Lulju li għadda, il-Beltin rebħu l-BOV Super Cup fejn għelbu lil Birkirkara 3 bi 2 wara l-ħin barani.Il-logħba mill-ewwel rawnd tal-kampjonat BOV Premier spiċċat fi draw ta 2 bi 2 imma Valletta rebħu ż-żewġ logħbiet l-oħra bl-iskor ta’ 3 b’ wieħed u 1 b xejn.

Il-logħba bejn l-arċi-rivali Valletta u Birkirkara se tintlgħab illejla fl-istadium nazzjoanli f’ Ta’ Qali u tibda fis-7.30pm.  Din il-logħba se tintwera live  fuq maltastars għall-abbonati ta’ Melita.





3 Comments

  1. FORZA VALLETTA CITY says:

    MA BAQALHOMX FLUS  MISSHOM QALU LIL MARIO MUSCAT FORSI KIEN JGHINHOM JAHASRA

    [Reply]

  2. VBlood sal-ahhar nifs :-) says:

    imsieken ma qatghux xewqithom!…bil-malti nghidu ‘baqa f’wicchom’ ghax VFC are still unbeaten and Champions ;-)

    [Reply]

  3. Kif baqghu irnexxilom jew? :)

    [Reply]

Leave a comment