Birkirkara jghollu s-Super Cup

Thursday, August 8, 2013, 12:14

Ic-champions renjanti Birkirkara rebhu l-ewwel unur ufficjali li joffri l-football Malti meta l-bierah huma rebhu s-Super Cup. Fil-finali kontra r-rebbieha tal-U-Bet F.A. Trophy l-istagun li ghadda Hibernians, Birkirkara iddominaw ghall-hinijiet twal fil-partita. Kienu l-istripes li fethu vantagg ta`3 goals minghajr risposta f`temp ta` 7 minuti wara kwazi nofs siegha loghob. Fit-tieni taqsima Birkirkara ikkontrollaw il-vantagg li kellhom u irrilassaw xi ftit iz-zejjed tant li l-Pawlisti dahlu fil-partita u naqqsu l-margni tal-iskor darbtejn ghall-skor finali ta` 3-2.

Birkirkara fethu l-iskor man-nofs siegha loghob meta cross mill-lemin ta` Shola Shodiya dahal tajjeb Demba Toure li mill-vicin ma zbaljax u caqlaq ix-xibka ghall-ewwel darba. 4 minuti biss wara Birkirkara jirdubjaw. Kien freekick moghti tajjeb minn Paul Fenech fejn dahal tajjeb Frank Temile li mill-vicin ma jizbaljax. Fis-37 minuta kellu jkun corner li gie moghti tajjeb minn Edward Herrera li b`daqqa ta`ras sabiha ta` Zach Muscat jiskorja t-tielet goal u dak li kellu jkun il-goal tar-rebha. Biex b`hekk ghalqet l-ewwel taqsima.

4 minuti mill-bidu tat-tieni taqsima Hibernians gew moghtija penalty wara li Mendoza waqqa fil-kaxxa lil Andrew Cohen. Mill-hdax-il metru Calyton Failla naqqas id-distakk ghall-pagun. Birkirkara ghamlu reazzjoni u xutt ta` Frank Temile ra lil Muscat isalva b`diffikulta. Kwarta minn tmiem il-loghba Hibernians regghu naqqsu d-distakk. Kellu jkun pass perfett ta` Tarabai lejn Cohen li minn tarf il-kaxxa il-kbira venven xutt b`sahhtu li caqlaq ix-xibka ghall-5 darba fil-partita.

Wara l-konfront il-President Normann Darmanin Demaio ipprezenta t-trofew lil captain ta` Birkirkara Gareth Sciberras.





Leave a comment