Birkirkara fil-poloz tat-tielet rawnd taċ-Champions League

Friday, July 19, 2013, 18:31

minn Stephen Azzopardi

Illum f’nofsinhar telgħu l-poloz taċ-Champions League fejn minn Grupp 1 kien hemm l-isem tat-tim ta’ Birkirkara.  Fl-ewwel leg tat-tieni rawnd ta’ kwalifikazzjoni, Birkirkara ġew draw ta’ 0-0 mat-tim Sloven ta’ NK Maribor.  F’każ li Birkirkara jgħaddu għar-rawnd li jmiss jkollhom jiltaqgħu mat-tim Ċiprijot minn Nicosia ta’ Apoel FC.  Apoel FC huwa l-aktar tim popolari f’Ċipru u l-aktar li kiseb suċċessi.  Apoel huma rebbieħa ta’ 22 kampjonat, 19 –il tazza u 12 –il Super Cup f’Ċipru.  Ħadu sehem fil-kompetizzjoni Champions League fis-sena 2011-12 fil-grupp ma’ F.C. Porto, Shaktar Donetsk u Zenit St. Petersburg u għamluha sal-kwarti tal-finali meta eliminaw lil Olimpique Lyons.





Leave a comment