Birkirkara FC immultati s-somma kiefra ta’ 15,000 Ewro

Tuesday, August 2, 2011, 12:53

minn Cristian Muscat

Wara l-logħba Birkirkara kontra FC Vlazznia valida mill-ewwel leg ta’ kwalifikazzjoni ghall-UEFA Europa League li ntlagħbet ġewwa l-Hibernians Stadium f’Kordin, Birkirkara FC ġew immultati s-somma kiefra ta’ 15,000 Ewro kif ukoll kellhom il-kondotta tagħhom imċappsa minħabba razziżmu.

Dan minhabba l-fatt li ftit partitarji Karkariżi indirizzaw lill-plejer ta’ kulur ta’ FC Vlazznia Abraham Alechenwu bi ħsejjes razzisti u dan wara li tard fit-tieni taqsima l-istess plejer ma mexiex lura mill-azzjoni wara li t-tim Karkariż rebaħ freekick.

L-uffiċċjal ta’ B’kara John Borg ikkundanna bis-sħiħ dawn l-inċidenti fejn qal i li m’hemmx post għal razzizmu fil-futbol waqt li saħaq li din il-multa hija kiefra u ta’ daqqa kbira għall-finanzi ta’ Birkirkara FC.





2 Comments

  1. steve says:

    din multa mil-uefa ta u mhux mil-mfa ta jekk zbaljaw iridu jhalsu ghalija uefa fuq dawn affarijiet harxa

    [Reply]

  2. jerry says:

    Sewwa ml ax il problema ta finanzi forsi ittafit ftit minhabba li issa qed jinghata il gate money u forsi is sena jkompli jizdied minhabba li jizbieh il kampjonat malti qed insibu dawn lintoppi ta partitarji rasisti ml issa min jaghmel dawn l-affarijiet missu jkun lest li jhalislom il multi li jinataw ax ekk mhux fair li il club ikun ed iqum fuq saqajh min ghad ta finanzi u jsib dawn l-intoppi

    [Reply]

Leave a comment