Birkirkara FC BOV Premier League Champions 2012-2013

Saturday, May 11, 2013, 20:54

Hibernians

M. Muscat, R. Camilleri, J. Pearson, R. Soares, M. Dias, A. Cohen, B. Kristensen, Jackson Lima, C. Failla, Luis Edison, J.P. Farrugia.

Birkirkara

J. Haber, Z. Muscat, N. Vukanac, A. Mendoza, R. Pereira, P. Fenech, G. Sciberras, R. Muscat, E. Herrera, J.P. Mifsud Triganza, Jhonnattann.

Birkirkara huma r-rebbieħa tal-Kampjonat BOV Premier 2012-2013 wara li ħarġu rebbieħa fid-decider kontra Hibernians bl-iskor ta’ 3-1

Kienu Hibernians li fetħu l-iskor permezz ta’ Clayton Failla minn penelty , goals ta’ Herrera,Vukanac u Z.Muscat fit-tieni taqsima taw rebħa meritata lil B’Kara

Hibernians ingħataw penelty fil-31 minuta għal handsball fil-kaxxa ta’ Gareth Sciberras ,mill-penelty Clayton Failla ma’ żbaljax

Għalkemm kienu l-aqwa tim fil-ground fl-ewwel taqsima ,Hibernians naqqsu mir-ritmu fit-tieni taqsima li fiha rajna skwadra karkariża trasformata. Fil-56 minuta J.P Mifsud Triganza ta’ cross li minnu Edward Herrera ġab il-goal tad-draw.F’ din iċ-ċirkostanza il-players ta’ Hibernians żbaljaw minħabba is-sempliċi raġuni li waqqfu minħabba li l-ballun kien qabeż il-linja eżatt qabel JP Mifsud Triganza qassam il-ballun lil Herrera , għaldaqstant azzjoni li fiha r-referee kellu isaffar goal kick ssarfet f’Goal

Birkirkara komplew jippressaw u ħolqu bosta okażżjonijiet ta’ goal , fis-67 Nikola Vukanac poġġa lit-tim tiegħu fil-vantaġġ,seba’ minuti wara Zach Muscat kkonkluda tajjeb u skorja l-goal tat 3-1.

 





1 Comment

  1. Peter says:

    Proset Birkirkara alavolja jien supporter tal-Belt. Illum ghawn Ghawdex fil Gozo Stadium kien hemm partita bejn Hal Qormi u Nadur Youngsters. Qormi gabu numru sabieh ta supporters ghal din il-partita. Nadur komplew bil wirjiet pozittivi taghhom billi gabu fix-xejn lil Qormi FC. Nadur Youngsters rebhu lil Qormi FC 5-1.

    [Reply]

Leave a comment