Birkirkara eliminati mill-UEL

Friday, July 8, 2011, 14:11

minn Cristian Muscat

Birkirkara FC sfaw eliminati mill-UEFA Europa League wara draw ta’ 1-1 kontra KF Vllaznia Shkoder tal-Albania, partita li ntlgħabet fil-Loro Borici Stadium fit-tieni leg tal-ewwel rawnd ta’ kwalifikazzjoni.

B’hekk Vllaznia kkwalifikaw għar-rawnd li jmiss b’ aggregate skor ta’ 2-1 fejn huma se jaffrontaw lit-tim Svizzeru FC Thun. Il-kowċ Patrick Curmi għamel żewġ bidliet mit-tim li tilef fil-Hibs Stadium ġimgħa ilu bl-iskor ta’ 1-0 kontra l-istess tim, fosthom Leighton Grech u David Silva li bdew mal-ewwel ħdax.

Andrei Agius ma kienx disponibbli għat-tim Karkariż hekk kif il-kuntratt tiegħu mal-klabb intemm fl-aħħar ta’ Ġunju waqt li Andrew Decesare beda din il-partita minn fuq il-bank tas-sostituti. Armando Vajushi poġġa lil Vllaznia fil-vantaġġ wara biss erba’ minuti waqt li l-istriker Brażiljan ġab l-iskor indaqs għal Birkirkara fis-17 -il minuta.





Leave a comment