Birkirkara eliminati miċ-Champions League

Thursday, July 25, 2013, 10:06

minn Stephen Azzopardi

Wara d-draw ta’ 0-0 f’ Ta’ Qali, Birkirkara ma rnexxilhomx jagħmluha għat-tielet rawnd ta’ kwalifikazzjoni.  Fi Stadion Ljudski ġewwa s-Slovenja NK Maribor għelbu lil Birkirkara bl-iskor ta’ 2-0.  Il-gowls għal NK Maribor ġew minn Goran Cvijanovič u Mitja Viler.  Din hija t-tielet darba konsekuttiva li Maribor għaddew għat-tielet rawnd ta’ kwalifikiazzjoni.

Għalkemm Birkirkara kellhom diversi okażżjonijiet ta’ kontrattakki, Maribor dejjem kienu rilassati meta skurjaw gowl f’kull taqsima.

Kemm Alejandro Moreno ta’ Birkirkara u Tavares għal Maribor kellhom ċans kull wieħed qabel ma Maribor fetħu l-iskor.  Fit-28 minuta Cvijanovič minn free-kick limiti tal-kaxxa fetaħ l-iskor u għeleb lil Justin Haber.

Maribor reġgħu skurjaw żewġ minuti mill-bidu tat-tieni taqsima permezz ta’ Viler li għadda tajjeb minn bejn tliet difensuri ta’ Birkirkara u b’xutt b’saħħtu tefa’ fil-baxx fix-xibka wara Haber.

Birkirkara kienu se jkunu fil-periklu iżda grazzi għar-riflessi ta’ Haber li ċaħħad lil Tavares milli jagħmilhom 3-0 fid-49 minuta. Kien l-istess Tavares li aktar tard tilef ċans tad-deheb meta minn viċin tal-penalty spot tefa’ l-ballun barra .

Għalhekk issa Maribor jiltaqgħu ma’ Apoel FC, l-ewwel logħba tagħhom tkun il-ġimgħa d-dieħla f’Ċipru.





Leave a comment