Billy ‘Hitman’ Corito jiġġieled ġewwa Sky Club

Friday, March 5, 2010, 19:57

Billy ‘Hitman’ Corito, l-aqwa boxer Heavyweight li għandna pajjiżna, nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Marzu 2010 ġewwa Sky Club Paceville se jiġġieled kontra boxer minn Wales ‘Big’ John Kaighin li għandu 47, ġellied profesjonali.

Corito li ghandu rekord ta 100% meta ġġieled tlieta u rebaħhom it-tlieta k.o. ħa jiprova kompli b’dan il-mument tajjeb li għaddej minnu. Bħalissa qed jittrenja għand Bertu’s gym u qed jitrenjawh Bertu Camilleri u Scott Dixon,
Qabel din il-ġlieda ħa jkun hemm tliet ġlidiet oħra interesanti : dawn huma ‘Super’Scott Dixon vs Terry West, Renald Tabone vs Steve ‘Cobra’ Aquilina, u Dione Galea vs Andre ‘Gadazz’ Calleja, b’din tal-aħħar tkun ta’ esibizzjoni.

Il-biljetti għal dan it-tournament jistgħu jinkisbu minn Sky Club, Black Bull, Plush, jew għal aktar informazjoni jċemplu 99053690 / 99170881.





Leave a comment