Billiards EBSA Under-18/21: Bidu tajjeb għal Isaac Borg

Thursday, March 9, 2017, 18:34

Gavin Muscat

Illum ingħata bidu għall-Kampjonat Ewropew tas-Snooker ta’ Taħt it-18 il-sena organizzat mill-European Billiards & Snooker Association. Dawn il-Kampjonat qed jintlagħab gewwa Nicosia, Cipru u Malta qed tkun rapprezentata minn Isaac Borg. Sadanittant għada jħalli Malta ċ-champion lokali Brian Cini biex minn nhar l-Erbgħa huwa jibda jiehu sehem flimkien ma’ Borg fil-Kampjonat ta’ Taħt il-21 sena fejn Borg għalhekk se jkun qed jiehu sehem fiz-zewg Kampjonati.

Fil-Kampjonat ta’ Taħt it-18 il-sena qed jiehdu sehem 75 plejer minn 28 pajjiz Ewropew li gew maqsuma fi 18 il-grupp bl-ewwel tliet plejers ikklassifikati f’kull grupp jikkwalifikaw għall-fazi tan-knock-out. Isaac Borg tela’ biex jilgħab fi Grupp L flimkien ma’ Fergal Quinn tal-Irlanda ta’ Fuq, Filips Kalnins tal-Latvja u l-Pollakk Antoni Kowalski. Il-logħob f’din l-ewwel fazi qed isir fuq l-ahjar minn 5 frames.

Borg lagħab l-ewwel logħba tiegħu f’dan il-grupp aktar kmieni llum kontra l-plejer mill-Latvja Filips Kalnins bil-plejer Malti johrog rebbieh bl-iskor ta’ 3-1 fejn anke kellu brejk ta’ 46 punt fir-raba’ frame.

Frame scores (Borg l-ewwel): 45-37, 62-28, 47-71, 78(46)-0

Borg jerġa’ jkun fl-azzjoni aktar tard illum meta fl-4pm (ħin ta’ Cipru) jilgħab kontra l-Irlandiż Fergal Quinn waqt li fit-8pm huwa jiltaqa’ kontra l-Pollakk Antoni Kowalski.

Il-logħob mill-fażi finali (l-aħħar 54) jibda jintlagħab għada fis-2pm.

Sadanittant fil-Kampjonat ta’ Taħt il-21 sena ser jieħdu sehem 90 plejer minn 29 pajjiz Ewropew b’Malta tkun rapprezentata minn Brian Cini u Isaac Borg. Dan il-Kampjonat jibda jintlagħab minn nhar l-Erbgħa u jibqa’ sejjer sa nhar il-Hadd li gej meta tintlagħab il-Finali. Ir-rebbieħ ta’ dan il-Kampjonat jirbah id-dritt biex għas-sentejn li gejjin jiehu sehem fil-Main Tour għall-plejers professjonali organizzat mill-World Snooker Association.

L-avversarji tal-plejers Maltin f’dan il-Kampjonat ikunu magħrufa għada meta jittellgħu il-poloz.

Aktar informazzjoni dwar dawn il-Kampjonati (Livestreaming, Livescoring, klassifiki etc) tista’ tinkiseb minn fuq il-website tal-EBSA www.ebsa.tv

Il-parteċipazzjoni tal-plejers Maltin f’dawn il-Kampjonati qiegħda tkun possibbli grazzi għall-għajnuna mogħtija lill-Malta Billiards & Snooker Association minn Sport Malta u l-Kumitat Olimpiku Malti.

Brian Cini(ċentru)

Isaac Borg(xellug)





Leave a comment