Biljetti limitati għall-partita Valletta v Floriana ta’ nhar il-Ġimgħa

Wednesday, June 15, 2011, 15:54

Il-Malta Football Association tixtieq tavża li għal-logħba mill-kompetizzjoni EURO CUP ta’ nhar il-Ġimgha, 17 ta’ Ġunju 2011 bejn Valletta u Floriana, li se tintlagħab fil-Hibernians Stadium f’Kordin fis-19:30, mhux se jinbiegħu biljetti mit-ticket booths qabel il-partita. Din id-deċizjoni tirrigwardja biss il-loghba bejn Valletta u Floriana.

Il-biljetti għal din il-logħba se jkunu għall-bejgħ mill-klabbs ta’ Valletta FC u Floriana FC u mill-MFA, f’Millennium Stand, Floor 2, National Stadium, Ta’ Qali, sa nhar il-Ġimgha, 17 ta’ Ġunju f’12.00pm.

Il-Malta Football Association tavża li l-biljetti kollha jiswew €6, li t-tfal ta’ taħt l-14-il sena jidħlu b’xejn, u li għal-logħbiet kollha tal-Euro Cup il-Karta Anzjan u l-biljetti kollha l-oħra tal-istaġun li għadda ma jgħoddux.

Il-pubbliku mheġġeġ biex josserva din id-deċizjoni meħuda mill-Malta Football Association u l-Pulizija ta’ Malta u biex fil-ġurnata tal-logħba josserva r-regolamenti kollha kemm barra u kif ukoll ġewwa l-Hibernians Stadium.





Leave a comment