Bil-muturi u r-roti mal-President għall-karità

Thursday, July 31, 2014, 22:04

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca nediet l-attività The President’s Bike Ride, li se ssir nhar il-Ħadd 26 ta’ Ottubru.

L-attività hija miftuħa għal dawk id-dilettanti kollha tal-muturi u r-roti, inkluż it-tfal. Kull parteċipant minn 16-il sena ‘l fuq se jiġi mitlub jagħti donazzjoni ta’ €10 għall-Malta Community Chest Fund. Is-sewwieqa tal-muturi u r-roti se jsuqu fuq żewġ rotot differenti li jitilqu mill-Palazz ta’ Sant’Anton u jispiċċaw f’Ta’ Qali.

Il-President ta’ Malta spjegat li permezz ta’ din l-attività se ssir kampanja edukattiva fuq is-sigurtà tas-sewwieqa tal-muturi u ċ-ċiklisti.  Preżenti kien hemm ukoll is-Segretarju Parlamentari għall-Isport Chris Agius u l-Kelliem tal-Oppożizzjoni responsabbli miż-Żgħażagħ u Sport, Robert Cutajar.

Dawk interessati li jipparteċipaw jistgħu japplikaw onlajn fuq www.mccf.org.mt.





Leave a comment