Bidu tal-istaġun tal-Kwart ta’ Mil f’pajjiżna

Wednesday, March 20, 2019, 10:59

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ittella’ l-ewwel rawnd tal-kwart ta’ mil fit-trakka ta’ l-Assoċjazzjoni Maltija tad-Drag Racing f’Ħal Far. Kampjonat illi beda fost entużjażmu kbir b’madwar mitt karozza li inkitbu biex jikkompetu. Rawnd illi għalkemm kien organizzat tajjeb ħafna kien iddominat ukoll minn ħafna ħsarat li sofrew il-kompetituri.

Il-Bracket intrebħu minn Mario Camenzuli, Steve Bugeja, Michael Caruana, Chantelle Zammit, Jurgen Debono, Glen Caruana, Reuben Pirotta, Clint Fenech u Paul Fenech. Il-klassijiet Index intrebħu minn Aaron Farrugia, Clinton Degiorgio, Terry Gilam u Lesley Portelli.

Iż-żewġ klassijiet Bracket Motorcycles intrebħu minn Lesley Said u Franklyn Borg, Chris Vella rebaħ il-klassi Index tal-muturi u Shawn Buttigie rebaħ il-klassi Motorcycle open.

Paul Fenech rebaħ Open Class 1 u John Martin rebaħ Open 2 Class u Extreme 2 Class.

Front Wheel Drive Open Class intrebħet minn Marvic Galea.

Il-Klassi CA6 intrebħet minn Anthony Vella, u Emmanuel Vassallo rebaħ il-klassi DTA5.

Klassijiet PS4 u SM3 intrebħu minn Clint Fenech u Glenn Caruana rispettivament. D4, D5 u D6 intrebħu minn Miguel Montebello, Emmanuel Galea u Mario Borg, waqt li Alan Muscat rebaħ id-DTF Class. Christian Pace rebaħ il-klassijiet Escort 2 u Escort 3, Mario Borg rebaħ l-Open 6 Class u Reuben Pirotta rebaħ l-SM4 Class.

L-iżgħar rebbieħ tal-ġurnata kien Xavier Camilleri billi rebaħ il-klassi Junior Dragster u l-aħjar reazzjoni fuq id-dawl kienet ta’ Shawn Buttigieg,

Fil-bidu ta dan ir-rawnd l-Assocjazzjoni Maltija tad-Drag Racing ħabret illi iffirmat kuntratt ġdid ta’ sponsorship għat-tlett snin li ġejjin mal-kumpanija Enemed. It-tieni rawnd ser jittella bejn it-3, u l-5 ta Mejju li ġej.





Leave a comment