- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Bidu tajjeb għall-Gatorade Futsal League

Posted By Sportinmalta On December 11, 2015 @ 5:11 pm In Featured,Futsal,Other | No Comments

Gavin Muscat

Matul din il-ġimgħa fil-Padiljun Sportiv ta’ Kordin ingħata bidu għal Gatorade Futsal League.

F’din l-ewwel ġurnata ma kellna l-ebda sorpriża partikolari hekk kif iċ-champions Luxol bdew id-difiża tat-titlu li rebħu l-istaġun illi għadda meta għelbu lil Sliema Wanderers 7-0.

Għat-tim minn St Andrews sabu x-xibka William Barbosa, Matthew Attard, Mark Zammit, Florin Anton, Zvezdan Vukovic, Carl Azzopardi u Glenn Bonello.

——

Madankollu l-partitissima tal-ġimgħa kienet dik bejn Ħamrun u Lija Athletic. Logħba bejn żewġ timijiet illi qed jaspiraw li jagħmluha għal play-offs finali.

Fl-ewwel taqsima d-difiżi bdew jannullaw lill-attakkanti rispettivi sakemm il-Brażiljan Raphinha fetaħ l-iskor ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima.

Lija ġabu d-dro minuta wara l-bidu tat-tieni taqsima permezz ta’ xutt bomba tal-internazzjonali Iranjan Ebrahim Massoudi. Ftit wara dan l-istess plejer ġie mkeċċi fuq it-tieni karta safra.

L-Ispartans bil-mod il-mod bdew jieħdu r-riedni tal-logħba f’idejhom u rnexxielhom jiskorjaw tliet darbiet oħra permezz ta’ George Frendo li skorja doppjetta fi ftit minuti u gowl ieħor ta’ Raphinha sabiex aċċertaw lill-Ħamruniżi minn bidu mill-aqwa.

——

Valletta ukoll kellhom debutt pożittiv fil-Kampjonat meta ddominaw u għelbu lil Sirens 11-0

Il-Beltin bdew joħolqu ċans wara l-ieħor u rnexxielhom jiskorjaw permezz ta’ doppjetti kull wieħed għal  Denis di Maio, Daniel Brincat, Dylan Musu u Liam Cachia filwaqt li  Cristian Cuadros Silva, Jurgen Pace and Melvin Borg żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom.

——

Bidu tajjeb ukoll għall-Imsida li għelbu lil Zebbug 9-2

——

Mdina Knights rebħu lil Gozo FC 5-0.

——

Fid-derby bejn żewġ ġirien Mqabba għelbu lil Qrendi 8-7

——

Swieqi rreġistraw riżultat ta’ 6-4 fuq Marsaskala.

—————————————————————————————————————————————————————————————————————–

Gallery

Mument spettakolari waqt il-logħba bejn Ħamrun u Lija

—————————————————————————————————————————————————————————————————————–

Mqabba vs Qrendi

—————————————————————————————————————————————————————————————————————–

It-tim ta' Qrendi

—————————————————————————————————————————————————————————————————————–

It-tim ta' Mqabba

—————————————————————————————————————————————————————————————————————–

 


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/bidu-tajjeb-ghall-gatorade-futsal-league/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.