Bidu qawwi minn Malta

Tuesday, July 6, 2010, 10:10

minn Colin Schembri

Malta 83 – San Marino 51
(14-10)(17-6)(32-20)(20-15)

It-team nazzjonali Malti fetah l-impenji tieghu fil-Kampjonat Ewropew Detur Divizjoni C tal-FIBA b’rebha tajba kontra San Marino. Il-players Maltin kellhom kontroll assolut tal-partita u qatt ma ppermettew lil San Marino jiehdu vantagg u f’waqtiet tal-partita il-Maltin kellhom vantagg qawwi ta 35 punt. Il-coach nazzjonali Bruno Di Pietrantonio ghazel li jserrah lill-istilla ta Benetton Treviso Samuel Deguara u beda b’din il-formazzjoni: Michael Naudi, Steve Schembri, Dirk Schembri, Darryl Jackson u Addison Bonnici.

F’nofs l-ewwel sessjoni Malta kienu 8-4 minn fuq wara l-ewwel three pointers ta Jackson u Steve Schembri. San Marino resqu sa punt vicin pero punti ta Naudi hallew lil Maltin 14-10 minn fuq fit-tmiem il-perjodu. It-team Malti kompla juri loghob tajjeb anke matul it-tieni sessjoni u mheggeg mill-pubbliku numeruz li kien prezenti fetha vantagg ta 10’ punti 22-12. Enrico Zanotti ghamel trippla pero pronti kienu Steve Schembri u Michael Naudi li regaw wiegbu ghat-team Malti. Minkejja xi sostituzzjonijiet mill-coach Di Pietrantonio Malta baqat izzid il-vantagg u fill-mistrieh il-player Maltin dahlu jistriehu 15 il-punt minn fuq 31-16.

It-tielet sessjoni kienet l-aqwa wahda ghat-team Malti meta shooting perfett ta Jackson li kellu persentagg ta 100% minn kull pozizzjoni u diversi three pointers ta Steve Schembri raw il-vantagg jikber ghall-29 punt 55-26. Hawn San Marino ghamlu sforz u run ta 10-0 rathom jersqu iktar vicin 55-36. Pero dawn kienu l-ahhar punti taghhom fis-sessjoni hekk kif il-Maltin ghalqu l-perjodu bi break ta’ 8-0 u fit-tmiem it-tielet sessjoni l-iskor kien Malta 63 San Marino 36. Ir-raba u l-ahhar perjodu ukoll intrebah mit-team Malti fejn dahlu wkoll jilghabu l-players ta’ fuq il-bank uhud minnhom zaghzagh li s-sena li ghaddiet rebhu l-midalja tad-deheb fl-U/18 bhal David Bugeja u Nigel Sultana u players bhall Roderick Vella u Peter Shoults li serrhu ras il-Maltin ghall-rebha komda ta’ 83-51.Addison Bonnici kien l-ahajr rebounder Malti bi 12 –il rebound fil-waqt Jackson kien l-ahjar assist man b’5 assists. Steve Schembri u Jackson kellhom 3 steals kull wiehed.

It-team Malti issa jaffronta l-qawwa tad-Danimarka konxju pero li ghamel pass il-quddiem kemm f’dak li hu rizultat u anke f’dik li hija wirja.

Malta: Michael Naudi 11, Roderick Vella 2, Isaac Tanti, David Bugeja, Steve Schembri 18, Dirk Schembri 7, Peter Shoults 6, Darryl Jackson 25, Addison Bonnici 3, Kristin Baldacchino 4, Nigel Sultana 7, Samuel Deguara.

San Marino: Fabio Tentoni 9, Enrico Zanotti 10, Luca Vicini, Teodori Casadei 2, Elia Guerra 2, Federio Cardinali 5, Stefano Rossini6, Gianluca Raschi 4, Lorenzo Liberti 4, Alex Dall’Olmo, Marco De Biagi 4, Emanuele Crescentini 5

Dawn ir-ritrati huma migjuba lilkom minn Malcolm Sammut





1 Comment

  1. manuel attartd says:

    Many tks sportinmalta for the merited coverage on basketball we do appreciate… Siggiewi fan

    [Sportinmalta] Thank you for your kind comment. It’s the least we could do compared to all the efforts and sacrifices that these athletes put into their preparation

    [Reply]

Leave a comment