Bidu ġdid għall-Beach Soccer f’Malta

Friday, June 26, 2020, 17:50

Wara li l-assoċjazzjoni tal-Beach Soccer f’Malta ħabbret l-appuntament ta’ kumitat kompletament ġdid wara l-laqgħa ġenerali annwali li saret riċentament, issa kien imiss lill-President il-ġdid ta’ l-istess assoċjazzjoni s-sur Pio Vassallo li jiltaqa’ mal-president tal-assoċjazzjoni Maltija tal-football s-sur Bjorn Vassallo.

Kienu diversi suġġetti li ġew diskussi b’mod partikolari l-viżjoni li l-assoċjazzjoni tal-Beach Soccer għanda. Niftakru li dan l-isport kien wieħed mill-punti fil-manifest tal-MFA sabiex dan l-isport f’Malta jingħatalu l-attenzjoni kollha li għandu bżonn.

Ġew diskussi diversi ħsibijiet sabiex dan l-isport jagħmel qabża ta’ kwalità. Fosthom tkellmu dwar tournament li qed jiġi pjanat dan is-sajf, il-parteċipazzjoni ta’ plejers fil-kampjonat nazzjonali hekk kif jintemm is-sajf kif ukoll ġie diskuss it-tim nazzjonali tal-Beach Soccer sabiex fiż-żmien li ġej naraw il-parteċipazzjoni tat-tim nazzjonali f’kompetizzjonijiet internazzjonali f’dan l-isport.

Il-kumitat il-ġdid huwa determinat li jaħdem bi sħiħ għal-futur ta’ dan l-isport f’pajjiżna.





Leave a comment