Bidu Eċċezzjonali Tal-Ġimgħa Ewropea Tal-Isport

Saturday, September 24, 2016, 17:06

Gavin Muscat

Nhar is-Sibt li għadda fi Pjazza San Ġorg il-Belt sar il-ftuħ uffiċjali tal-Gimgħa Ewropeja tal-Isport li beda bi ‘Flash Move’, żifna kkoordinata mill-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea . Il-pjazza kienet mizuda bin-nies fejn ilkoll żifnu għall-mużika tal-kantawtur Malta Malcolm Pisani.  Id-diska  Ale “O”  intagħżlet bħala d-diska uffiċjali u intużat mill-pajjizi kollha.

Imbagħad mis-sitta ta’ filgħaxija ‘il quddiem bdiet attivita’ mifruxa fuq jumejn fil-Bajja s-Sabiħa ta’ Birżebbuġa b’diversi tournaments sportivi fosthom il-Maltco Indoor Rowing Challenge fejn ħadu sehem ‘il fuq minn mitt ruħ fid-diversi kategoriji. Għal sena oħra kienet attivita’ ta’ suċċess fejn il-parteċipanti ħadu sehem bi ħġarhom u n-nies preżenti setgħu igawdu mill-atmosfera pozitiva li kien hemm. Min mar Birżebbuġa  gawda wkoll minn sessjonijiet bla ħlas tal-aerobics,piloxing,  aikido, Beach Games, Tai Chi, Tug of War u ħafna attivitajiet oħrajn fosthom bouncy castles u logħob ieħor.

Il-Gimgħa Ewropeja tal-Isport tissokta llejla bl-ewwel minn tlett mixjiet li se jsiru matul din il-ġimgħa. SportMalta qed tħeġġeġ lill-publiku biex Illejla jiltaqgħu  f’Buġibba għall-promenade walk imbad matul il-ġimgħa jkun hemm oħra f’tas- Sliema u mixja oħra f’Marsaskala. Attivita’ oħra se ssir nhar il-Ħamis 15 ta’ Settembru fejn il-publiku se jkun jista’ jżur wieħed mill-gyms li ngħaqdu  ma’ SportMalta f’dan il-proġett u jieħu it-taħrig u l-użu tal-post bla ħlas.

Aktar informazzjoni tinsab fuq is-sit  www.maltabeactive.com

SportMalta tkompli fil-ħidma tagħha biex  l-isport irrid issir parti integrali minn ħajjitna fejn  l-isport żgur li jagħmel ħajja aħjar għal dawk li jippratikawh u li jzommu rwieħhom attivi. Għalhekk qed tħeġġeġ lill-publiku biex ikompli  jipparteċipa bi ħġaru fid-diversi attivitajiet li qed  jiġu organizzati f’diversi lokalitajiet. Din il-ġimgħa hija waħda mill-għodod li l-Kummisjoni Ewropea ikkreat biex tgħin fil-ġlieda kontra l-inattivita’ fizika. L-għan ta’ din il-gimgħa huwa li kemm jista’ jkun ċittadini ewropej jintlaħqu mill-messaġġ #BeActive u jiġu spirati biex l-attivita’ fizika, semplici kemm hi semplici, issir parti minn hajjithom.

————————————————————————————————————————————————————-

Gallery

Leave a comment