Bidla fir-regoli ghat-timijiet tal-Premier

Saturday, July 20, 2013, 12:24

Il-kunsill tal-MFA approva bidla fir-regoli tal-kampjonat u issa il-clubs tal-Premier jistghu jaghmlu uzu minn hames players barranin. Il-Premier League Club Standing Commitee madwar gimgha ilu ressaq din il-proposta quddiem il-kunsill tal-MFA u din il-proposta giet accettata biex issa ser tidhol fis-sehh mill-istagun li gej.

F`kwalunkwe hin tal-partita club jista jkollu hames players barranin fil-pitch izda ma jistax ikollu iktar minn sitt players barranin fl-iskwadra waqt dik l-istess partita. Dan ifisser li minkejja li club jista jixtri players barranin kemm irrid fil-lista ta`players f`partita partikolari jista biss jiprezenta sitt players barranin.





Leave a comment