Bidla fil-‘venue’ għall-Kampjonat BOV Premier

Monday, December 9, 2013, 10:55

Il-Malta Football Association tavża li ż-żewġ partiti mill-Kampjonat BOV Premier li kellhom jintlagħbu fil-Victor Tedesco Stadium għada t-Tlieta 10 ta’ Diċembru 2013, issa se jsiru fil-Hibernians Stadium.

 

L-ewwel partita tibda fis-6.00pm u tkun dik bejn Vittoriosa Stars FC u Mosta FC. It-tieni partita tibda fit-8.00pm u tkun bejn Birkirkara FC u Sliema Wanderers FC.

 

L-MFA tiskuża ruħa għal kull inkonvenjent.

 





Leave a comment