Bidla fil-format u t-tlugħ tal-poloz tal-U*Bet FA Trophy

Friday, August 26, 2011, 15:22

minn Catherine Micallef.

Dalgħodu ġewwa s-Centenary Stadium f’Ta’ Qali saret it-tieni konferenza stampa għal din il-ġimgħa organizzata mill-Malta Football Association fejn ittellgħu l-poloz tal-U*Bet FA Trophy.

Għal din il-konferenza stampa ndirizzata lill-media,  kienet immexxija mill-Kap Eżekuttiv tal-MFA Bjorn Vassallo, kienu preżenti għaliha wkoll Mario Cassar direttur maniġerjali ta’ Maltco Lotteries, Iris Camilleri Mifsud Corporate Communications Manager, Antoine Gouder U*Bet Branding Manager, Rodney Pisani Deputy General Secretary u Mark Attard Brand and Communications Officer f’isem l-MFA.

Is-Sur Vassallo beda din il-konferenza billi kkonferma dak li kien tħabbar ftit tax-xhur ilu fejn il-kompetizzjoni tal-U*Bet FA Trophy inbidlet fil-format tagħha.  Fejn fis-snin l-imgħoddija konna naraw timijiet mill-Premier,l-Ewwel  Diviżjoni u klabbs tal-Ewwel Diviżjoni mill-GFA, Minn dan l-istaġun il-kompetizzjoni se tkun miftuħa għal kull tim tal-kbar li hawn f pajjiżna u Għawdex ukoll.

“L-MFA tinsab marbuta illi l-kompetizzjonijet tagħha isiru iktar popolari kemm mil-lat ta’ partitarji u kif ukoll popolari minħabba l-fatt li l-MFA tista’ toffri faċiltajiet aħjar fejn jintlagħab il-logħob f pajjiżna,” tenna Vassallo.

Fl-istaġun li għadda l-Kunsill iddeċieda li jsir tibdil – fejn minn dan l-istaġun kull tim Għawdxi u Malti jisa’ jieħu sehem u teoritakmanet kull tim jista’ jirbaħ it-trophy. Fl-Ewropa ġieli kien hemm timijiet inqas kwotati li waslu fi stadju avvanzat f’din il-kompetizzjoni u dan joħloq eċitament ikbar fil-kompetizzjoni.

Id-dehra ġdida se tgħin ukoll biex l-immaġni ta’ din il-kompetizzjoni tikber. It-tim li jasal fil-finali jrid jilgħab minimu ta’ ħames logħbiet u b’hekk it-timijet tal-Premier jidħlu fit-tielet round u mhux fil-Kwarti tal-Finali jew Semi Finali.

Ta’ min ifakkar li l-finali tal- U*Bet FA Trophy li kienet intrebħet minn Floriana FC, kienet waħda eċitanti u madwar 10,000 spettatur kienu ħonqu l-istadium ta’ Ta’ Qali.

Rigward il-Gate Money  f’din il-kompetizzjoni, dan se  jkun ikkunsidrat ‘share of gate money’ fejn jekk il- programm ikun ta’ logħba waħda biss, il-flus jinqasmu bejn żewġ timijiet . L-MFA ma tieħu xejn mid-dħul ta’ dawn il-logħbiet minkejja li tamministra kollox għal klabbs.

Il-prezzijiet tal-biljetti huma standard tul il-kompetizzjoni kollha u huma l-istess bħal dak tal-Kampjonat BOV Premier Eur 6 għall-Adulti, Eur 4 għall-persuni ’l fuq minn 60 sena bil-Karta Anzjanu Eur 1 għat-tfal taħt it-12-il sena. Tfal żgħar li għadhom toddlers jidħlu b’xejn. Fejn ikun hemm klabb tal-Premier involut se titħaddem is-sistema elettronika, f’każ ta’ timijiet f’diviżjonijiet inferjuri, titħaddem is-sistema manwali.

Grazzi għal Maltco Lotteries li qed jerġgħu jisponsorjaw din il-kompetizzjoni ferm prestiġġjuża għas-seba’ sena konsekuttiva, wieħed tajjeb ikun jaf li l-premjijiet żiedu fl-ammonti tagħhom u huma iktar attraenti għall-klabbs li jirnexxilhom javvanzaw.

Is-Sur Rodney Pisani, Deputy General Secretary, spjega fid-dettall kif ġiet imqassma din il-kompetizzjoni. B’kollox hemm 63 tim li qed jieħdu sehem: 12 mill-Premier, 12 mill-Ewwel Diviżjoni, 14 mit-Tieni Diviżjoni, 14 mit-Tielet Diviżjoni u 11-il tim mill-Kampjonat Għawdxi.

It-tliet timijiet li mhumiex jieħdu sehem f’din il-kompetizzjoni huma Munxar Falcons, Qala Saints u Żebbuġ Rovers.

B’kollox se jintlagħbu 62 partita imqassma fl-istadia prinċipali – l-istadium Nazzjonali, il-Hibs Stadium, is-Centenary Stadium, il-Gozo Stadium, Victor Tedesco Stadiumu bil-possibilta ta’ logħob li jintlagħab fil-grawnds ta’ Mosta FC, Luxol, Sirens u Rabat.

Il-fixtures se jiġu mħabbra iktar tard matul din il-ġimgħa. Hawn taħt wieħed jista’ jara kif s ejkunu mqassma l-logħbiet u f’liema perjodu se jiġu milgħuba.

L-Ewwel Rawnd (11-il logħba)                 -           8/ 10/11 ta’ Settembru 2011

It-Tieni Rawnd (20 logħba)                     -           12/13 – 19/20 ta’ Novembru

It-Tielet Rawnd (16-il logħba)                -           16/17/18 ta’ Diċembru 2011

Ir-Raba’ Rawnd (8 logħbiet)                   -           22/23 ta’ Jannar 2012

Kwarti tal-Finali (4 logħbiet)                  -           25/26 ta’ Frar 2012

Semi Finali (2 logħbiet)                            -           19th – 20th ta’ Mejju 2012

Finali (Logħba waħda)                              -           Il-Ħadd 27 ta’ Mejju 2011

Il-Poloz tal-Ewwel u tat-Tieni Rawnd hekk kif ittellgħu dalgħodu huma s-segwenti:
- L-Ewwel Rawnd
- It-Tieni Rawnd





Leave a comment