Bernard Sammut jirbaħ l-Enduro Wotomoto u l-Mutur Beta

Wednesday, October 25, 2017, 13:44

Matul tmiem il-ġimgħa li ġejja l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi se tiftaħ l-istaġun tagħha b’żewġ attivitajiet. Is-Sibt 28 t’Ottubru 2017 ser issir l-ewwel attivita mill-Kampjonat Nazzjonali Trials 2017/2018 li mistenija issir San Pawl tat-Tarġa bl-attività tibda fis-2:30pm. Il-Ħadd 29 t’Ottubru 2017 fil-Korsa tal-ASMK f’Ta’Qali jiftaħ l-istaġun bil-Muturi Motocross, il-program jibda fid-9:00am.

Il-Ħadd li għadda 22 t’Ottubru 2017 flimkien mal-Wotomoto Ltd ġiet organizzata l-attvità speċjali li ser tibda issir kull sena. Din kienet issapportjata wkoll mid-ditta Go&Fun Energy Drink u l-Muturi Beta.

L-għan ta din l-attività hija biex ikompli jikber l-isport tal-Enduro u jiġu introdotti Muturi ġodda tal-aħħar teknoloġija f’dan l-isport. Il-kompetizzjoni kienet tikkonsisti billi l-Uffiċjali tal-ASMK iffurmaw trakka armata apposta għall tiġrija Enduro u min irnexxielu jagħmilha fl-inqas ħin ħa mutur Beta ġdid mogħti mill-Kumpanija WotoMoto, biex jieħu sehem bih matul l-istaġun Enduro kollu li ġej waqt li wkoll ser ikun sponsorjat mid-ditta WotoMoto.

Intant għal din il-kompetitzzjoni irreġistraw 20 kompetitur fejn kull Rider ingħata ċ-ċans isuq tliet darbiet fejn dan ikun jista itejjeb il-ħin tiegħu fit-tliet tiġrijiet. Intant fl-ewwel Heat tal-ġurnata rajna lil Gary Debono fuq mutur Sherco jillidja segwit minn James Zahra fuq mutur Sherco u Carmelo Borg fuq mutur KTM.

Fit-tieni Heat is-sitwazzjoni inbidlet fejn Zahra tejjeb il-ħin tiegħu biex spicca jillidja bl-aħjar ħin tiegħu segwit minn Debono u Borg rispettivament. Fl-aħħar Heat fejn kull rider seta jkompli javvanza rajna lill Bernard Sammut fuq mutur Husqvarna jisraq ix-xena u jirbaħ din l-attivita bl-aħjar ħin tiegħu ta 2 minuti 33.500 sekondi segwit minn Zahra li spicca b’ħin ta 2 minuti 36.569 sekondi fil-waqt li fit-tielet post spicca Joseph Scicluna fuq mutur KTM b’ħin ta 2 minuti 41.502 sekondi.

Il-Maniġer tal-Kumpanji WotoMoto Ltd is-Sur Neil Falzon ipprezenta l-mutur ġdid Beta RR 2T 250RC lir-rebbieħ tal-ġurnata s-Sur Bernard Sammut. Dan ser ikun qed jikkompeti b’dan il-mutur matul il-kampjonat Nazzjonali Enduro 2017/2018 li mistenni jibda fit-12 ta’ Novembru 2017 bl-ewwel tiġrija issir fil-Qrendi.

Iktar informazzjoni wieħed jista jsibha fis-sit elettroniku www.asmk.org.mt jew fil-paġni ta’ Facebook A.S.M.K. Malta jew Assocjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Wieħed jista jagħmel kuntatt bl-email fuq info@asmk.org.mt

Rittrati ta’ Mario Micallef





Leave a comment