- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Bernard Galea u Rodren Vella intervistati fuq Motors TV

Posted By Sportinmalta On August 13, 2015 @ 4:49 pm In Featured,Motorsport | No Comments

Gavin Muscat

Bernard Galea u Rodren Vella intervistati fuq Motors TV fiċ-ċirkuwitu kostali ta’ Anglesey f’Wales

Bernard Galea u Rodren Vella tista tgħid jidhru il-ħin kollu fuq quddiem f’xi waħda miż-żewġ tlielaq imxandra fuq Motors TV fil-Kampjonat tat-Tazza Civic 2015 li saru fuq ic-cirkuwitu kostali ta’ Anglesey f’Wales. Kemm Bernard kif ukoll Rodren kienu intervistati mill-kommentatur Ingliż li jsemmi is-sewwieqa Maltin ħafna drabi matul iż-żewġ tlielaq.

https://www.youtube.com/watch?v=0XOedaI1atI

Bernard jidher fuq quddiem għall-ewwel ftit dawriet fl-ewwel tellieqa, filwaqt li Rodren jidher fuq quddiem fit-tieni tellieqa mit-tieni dawra ‘l quddiem u jidher iżomm postu sa l-aħħar.

Fil-fatt, Rodren rebaħ it-tieni tellieqa, filwaqt li Bernard li spicca fit-tieni post u jidher jisfida għall-ewwel posizzjoni tul it-tellieqa kollha, kellu jikkuntenta bir-raba’ posizzjoni minħabba l-penali ta’ 10 sekondi għaliex il-karozza tiegħu dehret ticcaqlaq fil-ħruġ.

Meta wieħed iqies li hawn Malta ma għandniex cirkuwitu tat-tlielaq, wieħed jasal għll-konklużżjoni li Bernard u Rodren tassew qed imorru tajjeb f’dan il-kampjonat fir-Renju Unit.

Bernard żamm postu fit-tielet posizzjoni b’142 punt fil-Kamjonat tat-Tazza Civic 2015, filwaqt li Rodren resaq fis-sitt posizzjoni bir-rebħa ġewwa Anglesey b’95 punt.

Rodren Vella leading the race

 

Rodren Vella being interviewed

Bernard Galea being interviewed


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/bernard-galea-u-rodren-vella-intervistati-fuq-motors-tv/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.