Bernard Galea intervistat fuq Motors TV

Thursday, July 2, 2015, 1:50

Bernard Galea jiddefendi ruħhu mill-attakk ta’ Endaf Owens, u jitlef il-bumper fl-aħħar dawra ta’ l-ewwel tellieqa fic-cirkuwitu ta’ Croft

Alfred A. Farrugia

Bernard Galea intervistat fuq Motors TV ġewwa ċ-ċirkuwitu ta’ Croft u Rodren Galea jidher fil-filmat permezz tal-camera fil-karozza tiegħu.

Iż-żewġ sewwieqa Maltin li qed jieħdu sehem fil-Kampjonat 2015 tal-Honda Civic  sponsorjat mit-Tegiwa fir-Renju Unit jidhru kemm il-darba fiż-żewġ tlielaq li xxandru  fuq il-Motors TV mic-cirkuwitu ta’ Croft.

Iż-żewġt itlielaq tat-tielet sessjoni tal-kampjonat ixxandru fuq il-Motors TV fir-Renju  Unit fil-11 ta’ Ġunju. L-AMG TV ipproduċiet il-filmati, u dawn issa wieħed jista’ jarahom  fuq YouTube.

Il-link tat-tlielaq: https://www.youtube.com/watch?v=RiSLY2iCPKM

Bernard Galea bil-karozza bin-numru 91, u Rodren Vella bil-karozza lewn oranġjo bin-numru 89 jissemmew kemm il-darba mill-kummentatur  Ingliz Ian Sowman, u jidhru fil-filmati ħafna drabi.

Il-karozza ta’ Bernard Galea tidher mill-ewwel fil-filmat ta’ l-ewwel tellieqa għaliex Bernard beda mill-filliera ta’ quddiem fil-grilja tal-ħruġ.  Bernard jidher kemm il-darba qed jisfida għall-ewwel post lil Carl Swift tista tgħid f’kull dawra. U huwa kellu jiddefendi it-tieni posizzjoni mis-  sewwieq Endaf Owens ta’ Wales.

Fl-aħħar dawra ta’ l-ewwel tellieqa Bernard bil-kalma kollha u b’ħila liema bħala irnexxielu jiddefendi ruħhu mill-attak ta’ Endaf li qalalu l-  bumper meta ipprova jaqilgħu!

Bis-saħħa tat-tieni posizzjoni eccellenti u postu fuq il-podium, Bernard kien intervistat fuq l-istazzjon Motors TV mill-kummentatur Ingliz Ian  Sowman meta spiccat l-ewwel tellieqa (ara s-silta fil-15 il-minuta u 2 sekondi tal-filmat).

Rodren Vella jissemma ħafna drabi bħala t-tieni sewwieq Malti fl-ewwel tellieqa, u jidher ukoll f’xi siltiet meħuda mill-camera ta’ ġol-karozza  tiegħu, fejn jidher jaqbeż xi kompetituri!

Fit-tieni tellieqa, Bernard jidher jersaq mid-9 posizzjoni fil-ħames filliera tal-grilja tal-ħruġ – l-ordni ta’ l-ewwel 10 sewwieqa li jispiccaw l-  ewwel tellieqa tinqaleb għat-tieni tellieqa – għar-raba’ posizzjoni sa l-aħħar tat-tieni tellieqa.

Rodren Vella għal darb’oħra jidher jaqbeż kompetitur ieħor permezz tal-camera tal-karozza tiegħu. Il-kummentatur Ingliz Ian Sowman ma  jonqosx li jinnota li ż-żewġ sewwieqa Maltin għandhom għajnuna mill-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu! (ara s-silta fl-20 minuta u 36 sekonda).

Iż-żewġ sewwieqa Maltin qed jagħmlu unur lil Malta  filwaqt li qed juru l-ħila fis-sewqan u spirtu sportiv. Wara t-tielet sessjoni tal-kampjonat,  Bernard issa jinsab fit-3 post b’106 punti, filwaqt li Rodren jinsab fis-7 post 56 punt.

Bernard Galea issa waqqaf fond biex jikseb l-għajnuna tad-dilettanti tat-tlielaq tal-karozzi biex jiżgura li jispicca l-kampjonat tat-Tazza Civic  2015.

Il-link tal-fond:http://www.gofundme.com/bernardgalea

 

 

 





Leave a comment