Bell Net Suns u Siġġiewi jirbħu ġimgħa qabel il-konfront deċisiv

Wednesday, February 8, 2012, 10:06

minn Colin Schembri

KAMPJONAT TIENI DIVIŻJONI

 

Qormi 52

Athleta 40

(13-6)(7-13)(18-8)(14-13)

 

Floriana vs Siġġiewi

Floriana vs Siġġiewi

Qormi kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva fil-kampjonat u t-tieni waħda fuq Athleta dan l-istaġun bi skor ta’ 52-40. Għalihom irritorna Stayan Kivshanov pero’ kien nieqes il-barrani l-ieħor Ceck Kahraman. Athleta wkoll kellhom players neqsin bħal Tom Mifsud Bonnici u żgħazagħ oħra. Qormi bdew il-partita b’run sabiħa ta’ 9-2 bl-Athleta jwieġbu b’żewġ baskets ta’ Zak Borg. Is-sessjoni għalqet b’żewġ baskets minn Qormi permezz ta’ Justin Gambin u Gary Micallef għal skor ta’ 13-6. Fit-tieni sessjoni Athleta bdew jirkupraw b’iktar punti ta’ Borg u trippla ta’ Chris Galea. Qormi wieġbu b’żewġ baskets pero’ punti konsekuttivi minn Borg raw lil Athleta jippareġjaw 17-17. Clayton Camenzuli reġa’ poġġa lil Qormi fuq quddiem u fl-intervall kienu punt minn fuq 20-19.

Il-ftuħ tat-tielet perjodu kien f’idejn Qormi li għamlu break ta’ 8-0 qabel ma Athleta wieġbu b’żewġ freethrows. Qormi għamlu run oħra ta’ 8-2 u minkejja li Borg kompla jagħmel il-punti ta’ Athleta, Qormi temmew il-perjodu 38-27 minn fuq. Fl-aħħar perjodu Athleta resqu viċin bi trippli ta’ Galea 33-42 b’Gambin u Camenzuli jwieġbu għal Qormi. Żewġ minuti u nofs mit-tmiem Athleta waslu sa’ 7 punti ‘l bogħod 38-45 qabel ma Gambin għalaq il-partita bi break ta’ 7-0 fosthom trippla biex Qormi rebħu l-partita 52-40.

 

Qormi: C. Camenzuli 6, G. Micallef 8, K. Vella, K, Genovese 5, D. Debattista, E. Farrugia, S. Kivshanov 12, L. Bugelli,  J. Gambin 19, D. Bugeja 2, S. Gauchi, E. Sant.

Athleta: H. Soufain, C. Galea 9, S. Camilleri,  M. Krastev 7,  M. Galea, M. Gauci Montalto 3, M. Tong, Z. Borg 17, J. Chircop 2, A. Azzopardi 3.

Referees: Gordon Barbara, Robert Darmanin.

 

Miscela D’Oro Mtarfa 56

Floriana YTC Travel 40

(14-4)(13-14)(17-11)(12-11)

 

Miscela D’Oro Mtarfa komplew juru progress fil-logħob tagħhom u kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva meta għelbu lil Floriana YTC Travel 56-40. Għal Floriana li kellhom lura lil Omar Shamala u nkludew għal-ewwel darba lil Laurence Sapiano din kienet il-ħames telfa konsekuttiva. Mtarfa li kienu mingħajr Florin Agius bdew b’run ta’ 10-2 b’Jeffrey Gatt dominanti taħt il-board. Floriana wieġbu permezz ta’ Neville Mercieca pero’ żewġ baskets ta’ Darryl Schembri għalqu l-perjodu favur Mtarfa 14-4. Floriana rritaljaw fil-ftuħ tat-tieni sessjoni bil-punti ta’ Rihards Polis fosthom trippla. Pero’ hekk kif reġa’ daħal Gatt fuq il-court Mtarfa reġgħu bdew ikabbru l-vantaġġ minkejja t-tieni trippla ta’ Polis. Qabel l-intervall Sean Baldacchino għamel żewġ baskets u Mtarfa daħlu jistrieħu 9 minn fuq 27-18.

Fit-tielet sessjoni Mtarfa reġgħu bdew b’run ta’ 13-4 b’iktar punti minn Gatt u Jeffrey Gatt u Calvin Calleja. Floriana għamlu 5 punti permezz ta’ Mercieca bi trippla pero’ Mtarfa reġgħu irrispondew u temmew il-perjodu fuq quddiem 44-29. Floriana għamlu sforz biex jirkupraw fl-aħħar sessjoni fejn għamlu run ta’ 9-2 biex naqqsu d-distakk għal 9 punti 40-49.  Pero’ dan kien l-iktar li setgħu jaslu viċin għaliex Jarnis Viibe għamel sitt punti flimkien ma’ basket ta’ Gatt u Mtarfa ħarġu rebbieħa 56-40.

 

Miscela D’Oro Mtarfa: S. Baldacchino 4, J. Vella 1, J. Attard 10, C. Calleja, D. Schembri 9, A. Psaila, J. Viibe 10, J. Gatt 18, D. Cini 2.

Floriana YTC Travel: N. Mercieca 15, M. Sapiano, D. Garcia 2, R. Manicaro 4, L. Pavia 6, O. Shamala 2, A. Barthet, L. Sapiano, R. Polis 8, S. Galea 2.

Referees: Steve Gouder, Clive Terribile

 

 

Bell Net SN Suns 77

Qormi 38

(19-9)(18-8)(17-8)(23-13)

 

Ġimgħa qabel ma jiltaqgħu ma’ Siġġiewi f’konfront dirett u deċisiv, Bell Net SN Suns għelbu lil Qormi 77-38. Suns kienu mingħajr Trevor Grech u Simon Cauchi u Qormi rkupraw lil Clayton Debono pero’ kienu mingħajr Sean Gauchi. Suns mal-ewwel ħadu l-partita f’idejhom u bdew b’run ta’ 7-2 magħluqa bi trippla ta’ Robert Camilleri. Qormi wieġbu b’baskets ta’ Gary Micallef u Kyle Vella bis-Suns jagħmlu run ta’ 12-0 fosthom trippli minn Barberi u jagħlqu s-sessjoni 19-9 minn fuq. Barberi għamel it-tieni trippla tiegħu fil-ftuħ tat-tieni sessjoni bejn żewġ baskets ta’ Qormi. Suns komplew bi break ieħor ta’ 5-0 qabel ma Qormi għamlu l-istess ħaġa. Is-sessjoni għalqet b’run oħra minn Suns ta’ 10-0 biex fl-intervall kienu 20 minn fuq 27-17.

Fil-bdu tat-tielet sessjoni iż-żewġ timijiet wieġbu lil xulxin b’Justin Gambin jagħmel trippla għal Qormi. Reno Camilleri wieġeb għal Suns li fit-tmien minuta kienu 49-24 minn fuq. Huma żiedu l-vantaġġ bi trippla ta’ Adrian Pace qabel intemm il-perjodu 54-25. Fl-aħħar sessjoni Suns komplew iżidu l-vantaġġ tagħhom b’iktar trippli ta’ Pace u Camilleri b’Gambin ukoll jagħmel trippla għal Qormi. Suns għalqu l-partita fuq nota tajba meta għamlu run ta’ 15-0 biex ħarġu rebbieħa 77-38.

 

Bell Net SN Suns:  K. Scicluna 9, A. Pace 6, R. Camilleri 8, D. Agius 6, H. Agius 10, M. Barberi 8, R. Mercieca 4, R. Camilleri 4, I. Marjanovic 22.

Qormi: C. Camenzuli 4, G. Micallef 2, K. Vella 2, K, Genovese 2, D. Debattista 2, C. Debono 5, S. Kivshanov 9, E. Farrugia, J. Gambin 12, D. Bugeja , L. Bugelli, E. Sant.

Referees: Emanuel Mangani, Robert Darmanin

 

Floriana YTC Travel 42

Siġġiewi 96

(11-30)(4-16)(10-28)(17-22)

 

Siġġiewi wieġbu mal-ewwel għar-rebħa tas-Suns meta fil-partita ta’ wara għelbu lil Floriana YTC Travel 96-42. Siġġiewi rkupraw lil Albert Borg u Clayton Agius u kien nieqes Aryton Debattista fil-waqt li Floriana kienu mingħajr Omar Shamala. Siġġiewi bdew tajjeb mill-ewwel b’run ta’ 12-0 fejn kważi l-players kollha fuq il-court għamlu l-punti. Floriana waqqfulhom ir-run b’basket ta’ David Garcia pero’ Siġġiewi għamlu run oħra ta’ 9-0. Lejn it-tmiem kein hemm trippla fuq kull naħa għal skor ta’ 30-11. Siġġiewi komplew iżidu l-vantaġġ fil-bidu tat-tieni sessjoni meta għamlu break ieħor ta’ 14-0 b’żewġ trippli ta’ Anthony Shoults. Garcia u Sean Galea għamlu żewġ baskets għal Floriana qabel ma Shoults reġa wieġeb għal Siġġiewi li daħlu jistrieħu 46-15 minn fuq.

Wara l-intervall l-andament tal-partita ftit inbidel hekk kif Siġġiewi komplew jiddominaw u bil-coach Karl Borg jagħti ħin lil players kollha. Huma bdew b’run ta’ 13-4 fosthom trippla ta’ Matthew Shoults u baqgħu sejrin għal skor ta’ 74-25. Fl-aħħar sessjoni kien Garcia li beda b’diversi punti għal Floriana bis-Siġġiewi jwieġbu permezz ta’ Noel Falzon u Petar Vulovic. Trippla ta’ Matthew Shoults għaqqdet id-93 punt ta’ Siġġiewi segwita minn baskets fuq kull naħa għal skor finali ta’ 96-42. Siġġiewi u Bell Net SN Suns issa jiltaqgħu f’partita li tista tiddeciedi l-kampjonat tat-tieni diviżjoni dan l-istaġun peress li ma hemmx play-offs. Il-partita se tintlagħab fl-10 ta’ Frar fit-tlieta neqsin kwart.

 

Floriana YTC Travel: D. Garcia 25, N. Mercieca 4, R. Polis, R. Manicaro 3, A. Barthet, L. Pavia 2, R. Bezzina 4, S. Galea 4.

Siġġiewi: P. Vulovic 23, JP Antoncic 2, C. Agius 7, M, Shoults 17, L. Grech 14, A. Borg, N. Falzon 10, J. Falzon 4, E. Vella, A. Shoults 12, G. Agius, K. Farrugia 7.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile

 

 

Klassifika Kampjonat Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti
Siggiewi

11

11

0

22

BellNet SN Suns

11

10

1

21

Starlites

10

6

4

16

Qormi

11

4

7

15

Floriana YTC Travel

11

3

8

14

Mellieha Tritones

10

4

6

14

Athleta

10

2

8

12

Mtarfa Miscela D’oro

10

2

8

12

 

 

 





1 Comment

  1. love this game? says:

    2nd div. Game Friday 10th. Feb. 2012 at 14.45
    . It’s going to be a good game. Good luck to both teams. Come and enjoy Basketball.

    [Reply]

Leave a comment