Bell Net SN Suns u Siġġiewi jibqgħu jwieġbu lil xulxin

Wednesday, January 25, 2012, 9:56

minn Colin Schembri

KAMPJONAT TIENI DIVIZJONI IRGIEL

Miscela D’Oro Mtarfa 31

Siġġiewi 85

(8-13)(6-27)(6-19)(11-26)

 

 

Athleta vs Suns

Athleta vs Suns

Siġġiewi komplew fit-triq tar-rebħ meta għelbu lil Miscela D’Oro Mtarfa 85-31 u kisbu t-tlettax ir-rebħa ta’ l-istaġun. Siġġiewi kienu mingħajr Matthew Shoults, Albert Borg u Jean Falzon. Mtarfa kellhom lil player mil-Latvja Jarnis Viibe jagħmel id-debutt tiegħu fil-waqt li Jeffrey Gatt issa huwa player coach. Wara li Darryl Schembri għamel l-ewwel basket tal-partita għal Imtarfa, Siġġiewi wieġbu b’run ta’ 8-0. Gatt għamel l-ewwel punti staġjonali tiegħu bi Clyaton Agius iwieġeb għal Siġġiewi bi trippla li temmew is-sessjoni 13-8 minn fuq. Siġġiewi ddominaw it-tieni perjodu li bdewh b’run ta’ 12-0. Basket ta’ Viibe waqqfilhom din ir-run pero’ Siġġiewi malajr għamlu break ieħor ta’ 13-0 fosthom trippli ta’ Lee Grech u Anthony Shoults. Sean Baldacchino wieġeb bi trippla għal Imtarfa bis- Siġġiewi jidħlu jistrieħu 40-14 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni l-andament baqa’ l-istess bis-Siġġiewi jiftħu b’run ta’ 15-0 fosthom trippla ta’ Agius. Fit-tmien minuta waslet ir-risposta ta’ Mtarfa b’baskets ta’ Schembri u David Cini b’Shoults iwieġeb għal Siġġiewi għal skor ta’ 59-20. Mtarfa fetħu l-aħħar perjodu b’żewġ baskets qabel ma sofrew run oħra ta’ 17-2 minn Siġġiewi. Il-partita għalqet bi breaks qosra fuq kull naħa biex Siġġiewi ħarġu rebbieħa 85-31.

 

Miscela D’Oro Mtarfa: S. Baldacchino1, J. Vella, J. Attard 1, C. Calleja, D. Schembri 10, F. Agius, A. Psaila, J. Viibe 7, J. Gatt 4, D. Cini 4.

Siġġiewi: P. Vulovic 8, JP Antoncic 9, C. Agius 20, L. Grech 17, N. Falzon 6, A. Debattista 4, E. Vella 6, A. Shoults 11, G. Agius 2, K. Farrugia 2.  

Referees: Gordon Barbara, Emmanuel Mangani.

 

Floriana YTC Travel 42

Qormi 52

(11-13)(11-17)(7-11)(13-11)

 

Qormi pattew għat-telfa tal-ewwel round meta għelbu lil Floriana YTC Travel 52-42. Floriana kellhom lil Omara Shamala nieqes l-istess bħal Stayan Kivshanov  għal Qormi li pero’ kellhom żewġ players ġodda Justin Gambin u Rueben Baldacchino. Il-partita kellha bidu bilanċjat tant li sas-sitt minuta kien hemm parita 7-7. Qormi ħadu vantaġġ ta’ 4 punti qabel ma Sean Galea għalaq il-perjodu fuq skor ta’ 11-13.  Qormi żiedu l-vantaġġ 20-13 fil-ftuħ tat-tieni sessjoni pero’ David Garcia għamel tlett baskets konsekuttivi biex reġa naqqas id-distakk. Punti minn Gambin u trippla minn Darren Debattista raw lil Qormi jidħlu jistrieħu 8 minn fuq 30-22.

Floriana fetħu t-tielet perjodu bil-punti ta’ Rihards Polis fosthom trippla b’Qormi jwieġbu permezz ta’ Kenneth Genovese. L-iskor baqa’ kemmxejn baxx b’Qormi jtemmu l-perjodu b’ħames punti konsekuttivi għal skor ta’ 41-29.  Floriana ppruvaw jagħmlu reazzjoni dejjem permezz ta’ Polis li waħdu għamel run ta’ 8-0 u waslu sa sitt punti ‘l bogħod 39-45. Freethrows ta’ Daniel Bugeja u basket ta’ Debattista reġgħu taw ftit tan-nifs lil Qormi li baqgħu jikkontrollaw il-partita u joħorġu rebbieħa 52-42.

 

Floriana YTC Travel: D. Garcia 8, M. Sapiano, R. Polis 25, N. Mercieca 2, R. Manicaro, A. Barthet, M. Gauchi, L. Pavia, S. Galea 7.

Qormi: C. Camenzuli 14, G. Micallef 2, K. Vella 6, K. Genovese 8, D. Debattista 9, E. Farrugia 1, J. Gambin 10, C. Kahraman,  D. Bugeja 2, S. Gauchi, E. Sant.

Referees: Clive Terribile, Steve Gouder.

 

Athleta 47

Bell Net SN Suns 62

(12-15)(6-21)(17-14)(12-12)

 

Bell Net SN Suns wieġbu għar-rebħa ta’ Siġġiewi meta għelbu lil Athleta 62-47 biex reġgħu telgħu momentarjament f’ras il-klassifika. Suns irkupraw lil Hubert Agius pero’ kien nieqes Trevor Grech fil-waqt li Athleta kienu mingħajr Tom Mifsud Bonnici. Fil-bidu tal-partita ż-żewġ timijiet bdew iwieġbu lil xulxin tant li sas-seba’ minuta kien hemm parita 7-7. Il-partita baqgħet bilanċjata għalkemm Suns ħadu vantaġġ żgħir bil-punti ta’ Igor Marjanovic 15-13. Fil-ftuħ tat-tieni sessjoni Suns bdew iżidu l-vantaġġ tagħhom. Huma bdew b’run ta’ 8-0 u wara basket ta’ Martin Krastev għal Athleta, Suns wieġbu bi break ta’ 11-2 li għalquh bi trippla ta’ Michael Barberi. Athleta għamlu basket permezz ta’ Zak Borg biex fl-intervall Suns kellhom vantaġġ doppju 36-18.

Athleta bdew it-tielet perjodu b’run ta’ 9-2 fosthom trippla ta’ Chris Galea. Suns wieġbu permezz ta’ Marjanovic f’run oħra ta’ 8-2. Iż-żewġ timijiet komplew jirrispondu lil xulxin biex fi tmiem is-sessjoni Suns żammew vantaġġ ta’ 15 –il punt 50-35. Fl-aħħar perjodu Suns fetħu bi trippla oħra ta’ Barberi biex żiedu l-vantaġġ. Athleta għamlu run ta’ 8-0 biex naqqsu d-distakk għal 12 –il punt pero’ kienu għadhom il-bogħod mil-avversarji biex Suns rebħu l-partita 62-47.

 

Athleta: H. Soufain, C. Galea 6, M. Krastev 10, M. Zammit, M. Tong 5, Z. Borg 19, J. Chircop 3, A. Azzopardi 7, D. Cassar 2.

Bell Net SN Suns: K. Scicluna, A. Pace, R. Camilleri 3, D. Agius 3, H. Agius 2, M. Barberi 16, R. Mercieca, R. Camilleri 10, S. Cauchi 2, I. Marjanovic 26.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile

 

 

Klassifika Kampjonat Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti
BellNet SN Suns

9

8

1

17

Siggiewi

8

8

0

16

Starlites

8

6

2

14

Mellieha Tritones

8

4

4

12

Floriana YTC Travel

9

3

6

12

Qormi

9

3

6

12

Athleta

9

2

7

11

Mtarfa Miscela D’oro

8

0

8

8

 





Leave a comment