Bell Net SN Suns jitilgħu fl-ewwel post

Wednesday, January 18, 2012, 10:00

minn Colin Schembri

KAMPJONAT TIENI DIVIZJONI IRGIEL

Starlites 81

Athleta 39

(21-13)(22-2)(23-8)(15-16)

Starlites wettqu double fuq Athleta fejn iddominaw b’mod speċjali it-tieni u t-tielet sessjoni biex rebħu l-partita 81-39. David Sultana kien nieqes għal Starlites fil-waqt li Athleta rkupraw lil Martin Krastev. Il-bidu tal-partita kien bilanċjat tant li wara l-ewwel minuti kien hemm parita 7-7. Starlites għamlu break ta’ 8-2 b’punti minn Saviour Bonnici u minkejja li Krastev u Zak Borg wieġbu għal Athleta, Starlites għalqu l-perjodu 21-13 minn fuq wara żewġ baskets bla tweġiba. It-tieni sessjoni kienet kollha f’idejn Starlites li għamlu 22 punt konsekuttiv. L-uniku risposta ta’ l-Athleta ġiet fl-aħħar sitt sekondi minn Hagoul Soufian u fl-intervall Starlites kienu 43-15 minn fuq.

Starlites reġgħu fetħu qawwi wara l-mistrieħ b’run oħra ta’ 14-2. Krastev waqqaf in-nixfa tal-punti ta’ Athleta pero’ iktar punti mill-aħwa Bonnici raw lil Starlites itemmu l-perjodu 68-23 fuq quddiem. Ir-raba’ sessjoni kienet l-aktar waħda bilanċjata bl-Athleta jiftħu b’żewġ baskets u Starlites iwieġbu permezz ta’ Bonnici u trippla ta’ Robert Loporto. Freethrows konsekuttivi minn Aaron Cutajar kabbru l-vantaġġ ta’ Starlites wara li Krastev għamel trippla għal Athleta l-partita ntemmet favur Starlites 81-39.

Starlites: R. Loporto 17, R. Bonnici 22, C.Doublet 4, S. Bonnici 18, A. Cutajar 7, C. Borg, A. Schembri 2, D. Deguara 1, A. Cutajar 2, F. Bartolo 8.

Athleta: H. Soufain 4,  T. Mifsud Bonnici 2, M. Galea, M. Krastev 11, J. Chircop 4, D. Cassar 4, M. Tong 1, Z. Borg 13, M. Zammit, A. Azzopardi.

Referees: Gordon Barbara, Emmanuel Mangani.

 

Bell Net SN Suns 97

Floriana YTC Travel 51

(23-11)(24-12)(26-18)(24-10)

 

Bell Net SN Suns approfittaw mill-fatt li Siġġiewi ma lagħbux biex telgħu fl-ewwel post tal-klassifika b’logħba iżjed mir-rivali tagħhom. Huma għelbu lil Floriana YTC Travel 97-51 hekk kif għalijhom deher fuq il-bank Ray Mizzi bħala coach fil-waqt li għal Floriana Neville Mercieca issa huwa player coach. Suns kellhom ukoll lil Adrian Pace jagħmel id-debutt tiegħhu u Hubert Agius għadu ma rkuprax. Wara bidu bilanċjat Suns bdew jinqatgħu mill-avversarji bil-baskets ta’ Michael Barberi. Suns għamlu run ta’ 11-0 biex temmew is-sessjoni 23-11 minn fuq. Huma żiedu l-vantaġġ bi break ieħor ta’ 8-2. Rihards Polis kien l-aktar player attiv għal Floriana u trippla tiegħhu naqqset id-distakk għal 15 –il punt 20-35. Hawn Suns reġgħu għamlu break ieħor ta’ 10-0 u fl-intervall kienu 47-23 minn fuq.

It-tielet perjodu fetaħ b’diversi three pointers fuq kull naħa bis-Suns jibqgħu fuq quddiem 57-29. Floriana għamlu break qasir ta’ 7-0 li malajr ġie mwieġeb b’ieħor ta’ 11-0 minn Suns li fi tmiem is-sessjoni kellhom vantaġġ sabiħ ta’ 32 punt 73-41. Fir-raba’ perjodu Suns għamlu run oħra ta’ 9-0. Huma baqgħu jiddominaw u għalqu l-partita bi trippla ta’ Pace għal skor finali ta’ 97-51.

 

Bell Net SN Suns: K. Scicluna 14, A. Pace 3, R. Camilleri 11, D. Agius 8, M. Barberi 18, T. Grech 8, R. Mercieca 12, R. Camilleri 6, S. Cauchi, I. Marjanovic 17.

Floriana YTC Travel: N. Mercieca 2, M. Sapiano, D. Garcia 5, R. Manicaro 2, L. Pavia, O. Shamala 10, A. Barthet 5, M. Gauchi, R. Polis 24, S. Galea 3.

Referees: Clive Terribile, Steve Gouder.

 

Qormi 41

Mellieħa Tritones 68

(4-21)(12-14)(10-21)(15-12)

 

Mellieħa Tritones kisbu r-raba’ rebħa tal-kampjonat u għamlu double fuq Qormi meta għelbuhom bl-iskor ta’ 68-41. Qormi għadhom ma rkuprawx lil Clayton Debono għalkemm introduċew xi żgħażagħ ġodda fil-waqt li Mellieħa kienu mingħajr Rueben Abela. Mellieħa kellhom bidu posittiv ferm fejn fl-ewwel erba’ minuti għamlu run ta’ 11-0 fosthom trippla ta’ Oliver Sammut. Qormi wieġbu b’basket ta’ Stayan Kivshanov pero’ kienu Mellieħa li b’iktar trippli minn Matthew Cauchi u Sammut żiedu l-vantaġġ 21-4 fi tmiem il-perjodu. It-tieni sessjoni kienet iktar bilanċjata fejn id-dħul ta’ Darren Debattista qawwa l-attakk ta’ Qormi. Għal Mellieħa kien attiv ferm Graham Coleiro fejn bil-punti tiegħu kkontrollaw il-vantaġġ 27-9. Wara baskets minn Clayton Camenzuli u Debattista għal Qormi, Mellieħa għalqu s-sessjoni b’punti minn Coleiro u Sammut u fl-intervall kienu 35-15 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni reġa’ kien hemm bidu qawwi minn Mellieħa fejn fl-ewwel seba’ minuti għamlu run ta’ 17-0 b’iktar trippli minn Cauchi u Sammut. Ir-risposta ta’ Qormi ġiet minn żewġ trippli ta’ Daniel Bugeja għalkemm kien għad hemm 30 punt jifirdu liż-żewġ timijiet 56-26. Ir-raba’ sessjoni kienet l-aktar waħda favorevoli għal Qormi li serqu diversi blalen li kkonvertewhom f’baskets. Pero Mellieħa kellhom vantaġġ komdu u setgħu jikkontrollaw il-partita u minkejja li sofrew run ta’ 10-0 ħarġu rebbieħa 68-41.

 

Qormi: C. Camenzuli 9, G. Micallef 2, K. Vella, K. Genovese 8, D. Debattista 9, A. Casha, S. Kivshanov 3, C. Kahraman,  L. Bugelli, D. Bugeja 8, S. Gauchi 2, E. Sant.

Mellieħa Tritones: M. Cauchi 16, J. Muscat 2, A. Mehmedov, O. Sammut 22, M. Camilleri, J. Sant, G. Coleiro 23, P. Cauchi.

Referees: Steve Gouder, Luke Camilleri

 

Klassifika Kampjonat Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti
BellNet SN Suns

8

7

1

15

Siggiewi

7

7

0

14

Starlites

8

6

2

14

Mellieha Tritones

8

4

4

12

Floriana YTC Travel

8

3

5

11

Qormi

8

2

6

10

Athleta

8

2

6

10

Mtarfa Miscela D’oro

7

0

7

7

 

 





Leave a comment