Bell Net SN Suns jiksbu t-tieni rebħa tal-istaġun

Monday, March 28, 2011, 13:08

minn Colin Schembri

KAMPJONAT TIENI DIVIŻJONI IRĠIEL

Starlites Ker Grill 75

Mellieħa 67

(23-16)(19-27)(25-6)(8-18)

Starlites Ker Grill għamlu double fuq Mellieħa meta kisbu rebħa bl-iskor ta’ 75-67. Il-partita ġiet deċiża b’run stupenda minn Starlites fil-bidu tat-tielet perjodu. Il-ftuħ tal-logħba kien bilanċjat bi Starlites imorru 13-7 minn fuq wara trippla ta’ Ivan Riolo. Starlites baqgħu iżidu d-distakk sa’ tmiem l-ewwel sessjoni wara run ta’ 7-0 u fetħu vantaġġ ta’ 7 punti 23-16. Starlites fetħu t-tieni perjodu bi trippla ta’ Robert Bonnici bil-Mellieħa jwieġbu b’run ta’ 11-4 b’diversi punti ta’ Sassoun Saakian u Joshua Aquilina. Starlites żammew il-vantaġġ għal xi ħin qabel ma Mellieħa għamlu run ta’ 10-0 inkluża trippla ta’ Oliver Sammut u marru minn fuq 41-37. Huma żammew il-vantaġġ u daħlu jistrieħu punt minn fuq 43-42.

Suns vs Mtarfa

Suns vs Mtarfa

It-team talk fil-halftime tal-coach ta’ Starlites Sandro Farrugia ħalliet l-effett tagħha hekk kif huma fetħu l-perjodu b’run ta’ 23-0. Mellieħa setgħu jirrispondu biss fit-tmien minuta b’baskets ta’ Saakian u Aquilina bil-perjodu jintemm bi Starlites fuq quddiem 67-49. Fl-aħħar perjodu Mellieħa reġgħu għafsu lill-avversarji u b’run ta’ 13-0 naqqsu d-distakk għal 7 punti 62-69. Starlites wieġbu bi trippla ta’ Abraham Portelli u setgħu jikkontrollaw l-aħħar sforzi ta’ Mellieħa i rebħu l-partita 75-67.

Starlites Ker Grill: B. Riolo 2, I. Riolo 12, R. Bonnici 21, A. Portelli 18, C. Doublet, F. Bartolo 4, S. Bonnici 3, A. Cutajar, R. Loporto 10, S. Gouder 5.

Mellieha Tritones: M. Cauchi 6, S. Saakian 20, K. Genovese, O. Sammut 14, J. Aquilina 19, M. Camilleri, J. Sant, H. Fenech 8, R. Abela.

Referees: Clive Terribile, Emanuel Mangani.

Athleta 40

Vida Siġġiewi 45

(11-12)(13-7)(10-9)(6-17)

Athleta kienu ferm viċin li jiksbu l-ewwel rebħa tagħhom fuq ic-champions Vida Siġġiewi dan l-istaġun. Pero’ run ta’ 11-0 kollha minn Glenn Gauchi Grech fl-aħħar sessjoni kienet deċisiva biex Siġġiewi rebħu 45-40. Kienu Siġġiewi li fetħu l-aħjar biex marru 11-2 minn fuq inkluża trippla ta’ Clayton Agius. Athleta wieġbu ukoll bi trippla ta’ Adrian Baldacchino f’run ta’ 9-1 u fi tmiem is-sessjoni naqqsu d-distakk għal punt 11-12. Athleta marru fuq quddiem fil-ftuħ tat-tieni perjodu wara trippla ta’ Ivan Buldakov. Huma komplew jagħfsu b’run ta’ 9-1 biex fil-halftime kienu 5 minn fuq 24-19.

Fit-tielet perjodu ż-żewġ timijiet irrispondew lil xulxin biex fil-ħames minuta Athleta kienu għadhom 4 minn fuq 30-26. Athleta għalqu l-perjodu bil-freethrows ta’ Michael Giusti biex marru 6 minn fuq 34-28. Fil-ftuħ tal-aħħar perjodu huma kabbru l-vantaġġ wara freethrows ta’ Roberto Formosa. Pero’ hawn waslet ir-run deċisiva ta’ Siġġiewi ta’ 11-0 li biha dawwru l-iskor favur tagħhom 39-36. Fl-aħħar 20 sekonda trippla ta’ Baldacchino rat lil Athleta jaslu sa punt il-bogħod 40-41. Huma kellhom ċans isalvaw il-partita bl-aħħar pusess pero steal ta’ Noel Falzon fuq Giusti issarfet f’erba’ punti minn Siġġiewi li rebħu l-partita 45-40.

Athleta: K. Cucciardi, D. Schembri, A. Baldacchino 8, S. Aquilina 5, M. Giusti 6, J. Muscat, R. Formosa 15, M. Spiteri 2, J. Chirchop, I. Buldakov 4, T. Wollmack.

Vida Siġġiewi: P. Vulovic 10, JP. Antonic 6, C. Agius 8, A. Duncan 4, D. Debattista, A. Borg 3, N. Falzon 1, A. Debattista, E. Vella, K. Farrugia, G. Agius, G. Gauchi Grech 13.

Referees: Alfred Carbonaro, Luke Camilleri.

Bell Net SN Suns 64

Mtarfa Miscela D’oro 49

(16-12)(13-11)(17-16)(18-10)

Bell Net SN Suns kisbu t-tieni rebħa tal-istaġun kontra Mtarfa Miscela D’oro biex ħallew lil istess Mtarfa mingħajr rebħa. Suns kellhom skwadra ta’ seba’ players u Mtarfa kellhom fit-team lil Josef Attard. Suns marru fuq quddiem bil-punti ta’ Hubert Agius u trippla ta’ Igor Marjanovic 14-6. Imtarfa rrispondew bi trippli ta’ Keith Mifsud biex sal-ewwel sessjoni l-vantaġġ ta’ Suns niżel għal 4 punti 16-12. Sas-sitt minuta tat-tieni sessjoni Mtarfa naqqsu d-distakk għal punt 19-20. Hawn Suns għamlu break ta’ 7-0 li għalquh bi trippla ta’ Robert Camilleri biex sal-halftime reġgħu fetħu vantaġġ ta’ 6 punti 29-23.

Fit-tielet sessjoni Suns komplew iżidu l-vantaġġ b’iktar punti minn Agius biex f’nofsha kienu 40-27 minn fuq. Mtarfa għamlu sforz lejn l-aħħar tal-perjodu bi break ta’ 10-2 biex fi tmiem is-sessjoni Suns kienu 46-39 minn fuq. Fl-aħħar perjodu Agius u Marjanovic komplew jispikkaw għal Suns u reġgħu fetħu vantaġġ ta’ 13-il punt 57-44. Suns għalqu l-partita bi trippla ta’ Marjanovic u ħarġu rebbieħa 64-49.

Bell Net SN Suns: J. Farrugia, R. Camilleri 7, R. Agius, H. Agius 32, M. Barberi 2, I. Marjanovic 23, R. Camilleri.

Mtarfa Miscela D’oro: S. Baldacchino 2, J. Vassallo 6, J. Attard, M. Camilleri, D. Angelov, K. Mifsud 10, K. Xuereb, D. Cini 4, G. Coleiro 17, D. Agius 8.

Referees: Alfred Carbonaro, Clive Terribile.

Klassifika Kampjonat Tieni Diviżjoni
Team Logħob Rebħ Telf Punti
Floriana Eurobasket Peugeot 9 8 1 17
Vida Siggiewi 10 7 3 17
Starlites Ker Grill 10 6 4 16
Mellieha Tritones 9 5 4 14
Athleta 9 5 4 14
Bell Net SN Suns 10 2 8 12
Mtarfa Miscela D’oro 9 0 9 9




Leave a comment