Beach Handball: Malta tegħleb lill-Algerija u jmiss tilgħab kontra l-Italja

Wednesday, September 2, 2015, 18:26

Gavin Muscat

1st Mediterranean Beach Games – Pescara 2015

It-tim Nazzjonali Malti tal-Beach Handball immexxi minn Ian Psaila kompla jimpressjona fejn wara li kiseb rebħa storika u post fil-kwarti finali wara li għeleb lill-Albanija bl-iskor ta’ 2 – 0  wara għeleb wkoll lill- Alġerija bl-iskor ta’ 2 – 0 sabiex għadda għall-fażi li jmiss.

It-tim Malti iddomina u rebaħ l-ewwel partita 15 – 5 sabiex bit-tieni partita miftuħa għal kull riżulat kien it-tim Malti li b’differenza ta’ gowl ħareġ rebbieħ 15 – 14.

Wara dan ir-riżultat it-tim Malti jilgħab għada kontra l-Italja għal partita għall-ħames post fil-klassifika ġenerali.

 





Leave a comment